Forgotten Landscapes

- This event has passed.
Forgotten Landscapes
16 February 2017 - 2 April 2017

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2017 – Il-Ħadd 2 t’April 2017
Post: Spazju A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
“Kull struttura mitluqa għandha l-istejjer tagħha, ħrejjef u għajdut li jkebbsu l-imaġinazzjoni tal-viżitaturi sabiex jfittxu dawk il-mumenti meta dawn il-binjiet kienu fl-aqwa tagħhom, mimlijin bil-ħsejjes tal-ħajja. Bħalma huma l-antenati tagħna li kienu jgħixu fihom, xi wħud minnhom m’għadhomx magħna. Dawn il-binjiet huma miksijin b’tappizzeriji tat-trab, abandunati u mmermrin. U mill-passat nisimgħu l-vuċijiet bikrin tal-antenati tagħna, nisimgħu u ngħixu t-taqbidiet tagħhom, u nintelqu fil-memorji li forsi xtaqu jaqsmu magħna. Dawn l-istrutturi għandhom ruħ…is-sidien tagħhom tawhom in-nifs tal-ħajja. Binjiet li darba kienu l-ħabba tal-għajn, issa huma mwarrbin, il-ġerħa li ħadd ma jrid jara. Iżda x’verità hemm moħbija bejn il-ħitan ta’ dawn l-binjiet?
…Dawn huma l-istejjer tal-pajsaġġi minsija.”
FORGOTTEN LANDSCAPES hija l-ewwel minn sensiela ta’ wirjiet li jinkludu xogħol viżiv u awdjo-viżwali, fotografija, film u kif ukoll pubblikazzjoniet, bl-għan li jżewwġu l-arti mal-istorja sabiex jixhdu dawk in-narrativi moħbija jew minsijin marbutin ma’ strutturi u siti mxerrdin madwar il-Gżejjer Maltin.