Food evolution

Loading Events
  • This event has passed.

Food evolution

7 February 2018 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Dati u Ħin: L-Erbgħa 7 Frar 2018, 7:30PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: €7 għall-pubbliku ġenerali u €6 għall-membri taċ-ċinema

Qalb dibattitu aħrax li jqanqal opinjonijiet għalkollox opposti xprunati mill-passjoni, is-suspett, u l-konfużjoni, Food evolution, ta’ Scott Hamilton Kennedy (The Garden, Fame High, OT: Our Town), id-direttur nominat għall-Academy Award, se jkun qed jesplora l-kontroversja li jġib miegħu s-suġġett tal-organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs) u l-ikel. Il-film, fil-vjaġġ tiegħu mill-imsaġar tal-papaya fil-Hawaii u l-għelieqi tal-banana fl-Uganda, sal-għelieqi tal-qamħirrun f’lowa, jesponi l-emozzjonijiet u l-argumenti xjentifiċi wara wieħed mill-iżjed argumenti jaħarqu ta’ żmienna. Food evolution huwa rrakkuntat minn Neil deGrasse Tyson, vuċi għalkollox rispettata fil-qasam xjentifiku.

Food evolution juri kemm l-informazzjoni żbaljata, il-konfużjoni u l-biża’ kapaċi jtappnu l-analiżi oġġettiva. Kif nistgħu niżguraw li l-provvista tagħna tal-ikel hija sana u li kulħadd għandu biżżejjed x’jiekol? Kif se nitimgħu lill-umanità filwaqt li nieħdu ħsieb lill-pjaneta tagħna? L-inġinerija ġenetika naqqset jew żiedet l-użu tal-pestiċidi? L-ikel modifikat ġenetikament ħażin għas-saħħa? U l-iżjed importanti, għal liema informazzjoni, evidenza u sorsi qegħdin nirrikorru sabiex inwieġbu dawn il-mistoqsijiet kruċjali?

Wara il-film ser ikun hemm ħin għal diskussjoni.

 

 

With the participation of
Raoul Adamchak, Charles Benbrook, Karl Haro von Mogel
Creative Team
Scott Hamilton Kennedy (Direzzjoni u kitba)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
92 mins
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż