Fishers of Men

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Fishers of Men

2 October 2018 @ 7:30 pm

Bla Ħlas

Data u Ħinijiet: It-Tlieta, 2 Ottobru 2018, 7:30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa

Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi.

Il-ħolqien ta’ MOAS kien reazzjoni ta’ familja għall-kriżi tal-migrazzjoni Ewropea li raw isseħħ quddiemhom fil-Mediterran. Fishers of Men huwa dokumentarju li jsegwi lil ta’ Catrambone hekk kif jimbarkaw fuq il-vjaġġ MOAS, filwaqt li janalizza bir-reqqa x-xogħol ta’ din l-NGO matul il-ħin tagħhom fuq il-baħar.

Dan id-dokumentarju juża filmati minn djar tal-midja u ġurnalisti inkarigati għal tal-apposta sabiex janalizzaw l-istorja tal-għaqda karitattiva u jagħtu interpretazzjoni reali u objettiva ta’ x’jirrikjedu fil-verità t-tiftix marittimu u l-operazzjonijiet tas-salvataġġ. Miġbudin matul diversi snin, il-filmati juru lil MOAS tirreaġixxi għall-kriżi dejjem tiżviluppa fiċ-ċentru tal-Mediterran u l-Baħar Eġew. Il-film jixħet dawl fuq l-aspetti varji tas-salvataġġ hekk kif irrakkuntati min-nies tat-tiftix u s-salvataġġ, jgħid l-istejjer ta’ dawk li jsalvaw u jagħti ħarsa dettaljata lejn l-isfidi li ta’ Catrambone jaffaċċjaw huma u jħabirku sabiex iżommu l-għaqda karitattiva fuq saqajha.

Dettalji

Data:
2 October 2018
Ħin:
7:30 pm - 8:45 pm
Prezz:
Bla Ħlas
Event Categories:
,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Fishers+of+Men

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Cert N/A
With the participation of MOAS