Loading Events
  • This event has passed.

Faith.

11 Diċembru 2020 - 31 Jannar 2021

Faith. (il-Fidi) – kunċett ferm akbar minn kemm tista’ tissuġġerixxi dik il-kelma ċkejkna nfisha. Għall-individwu pereżempju, jista’ jindika s-sistema ta’ twemmin tiegħu, li wiret jew kiseb b’xi mod ieħor.

Madankollu naħsbu x’naħsbu dwar il-fidi, fid-dinja globalizzata tal-lum, l-għażliet li kull individwu jiltaqa’ magħhom huma bosta. Il-mistoqsijiet ewlenin huma: kif tista’ tlaħħaq mar-ritmu tal-bidliet mgħaġġla li jistgħu jiġu ppreżentati mid-dinja ta’ madwarna? U x’inhuma l-konsegwenzi jekk ma tlaħħaqx?

Meta tieħu t-temi sottostanti tat-tradizzjoni, tal-familja, tar-reliġjon u tal-politika, “Faith” hija wirja magħmula minn arkivju fotografiku uniku meħud matul l-aħħar 27 sena mill-fotografu Ingliża-Maltija Amelia Troubridge. Ritratti meħudin permezz ta’ fotografija analoga u li jgħaqqdu r-rappurtaġġ mas-sengħa tar-ritratti, ix-xogħol jirrappreżenta skeda ta’ mumenti soċjo-politiċi sinifikanti fl-istorja tal-Gżejjer Maltin mill-1993 sal-lum.

ARTISTI
Amelia Troubridge

KURATUR
Daniel Azzopardi

KOLLABORATURI
Emma Mattei, Julian Calabrese u Jennie Ricketts

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Space C

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a

Art Additives

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru, 7pm

Faith., eżebizzjoni mil-fotografa Malti-Ingliża Amelia Troubridge toffri ħarsa lejn pajsaġġi li qed jinbidlu kontinwament f’Malta, kemm fuq livell kulturali kif ukoll ambjentali. Meta tieħu t-temi sottostanti ta’ tradizzjoni, il-familja, ir-reliġjon u l-politika, Faith. hija magħmula minn arkivju uniku ta’ fotografija analoga, b’ritratti meħudin matul l-aħħar 27 sena. Ix-xogħlijiet jirrappreżentaw mumenti soċjo-politiċi sinifikanti fl-istorja tal-Gżejjer Maltin mill-1993 sal-preżent.
 
Għal din is-sessjoni tal-Art Additives, Amelia se tkun qed tiddiskuti t-temi sottostanti f’Faith. mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv u kuratur ta’ din l-eżebizzjoni, Daniel Azzopardi. Din it-taħdita wkoll ser tesplora l-irwol tal-fidi fid-dinja tal-lum.

Ingħaqad magħna fuq Facebook Live fuq il-Paġna ta’ Facebook ta’ Spazju Kreattiv għal din is-sessjoni.