Extant

Loading Events
  • This event has passed.

Extant

9 Ġunju 2017 - 20 Awwissu 2017

9 Ġunju – 20 Awwissu 2017
Spazju A, Spazju B, Mkien A, Mkien B

L-esebizzjoni tinfetaħ nhar il-Ġimgħa 9 Ġunju, 8pm

L-istudenti tal-MFA fl-Arti Diġitali ta’ din is-sena (2017), wara li segwew programm ta’ sentejn (2015-2017) studju mmexxi mill-prattika rispettiva ta’ kull wieħed minnhom, se jkunu qegħdin jesebixxu il-proġetti tat-teżi finali tagħhom ġewwa Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-belt Valletta. Din l-esebizzjoni se tiġi mtella’ bejn id-9 ta’ Ġunju u l-20 ta’ Awwissu 2017. Il-proġetti inkorporati f’din il-wirja huma frott ta’ tmintax-il xahar ta’ riċerka u esplorazzjoni dwar diversi suġġetti li jfittxu li jirrikonċiljaw il-mistoqsijiet teoretiċi u kunċettwali mal-possibilitajiet inerenti fil-midja diġitali. Għalkemm il-kunċetti li kull student għażel li jinvestiga huma diversi, it-tħassib dwar l-element diġitali huwa l-element komuni fil-proġetti kollha. F’din l-esebizzjoni, din id-diversità fl-approċċ u r-riżultat hija evidenti, il-għaliex ix-xogħol li qiegħed jiġi esebit ivarja minn installazzjonijiet ibridi sa skulturi u fotografija.

Għaliex “extant”?
“extant” huwa aġġettiv li jiddeskrivi dak li hu kurrentament eżistenti, ħaj, dejjiemi jew preżenti. Il-kelma tirrappreżenta il-ġustapożizzjoni bejn il-virtwali u r-reali fid-dinja diġitali. Ir-riċerka tagħna waslet għall-produzzjoni ta’ proġett wieħed. Madanakollu, it-temi u s-suġġetti li ħdimna fuqhom fetħu iktar l-orizzonti artistiċi tagħna, kif ukoll iġġeneraw mistoqsijiet u ħsibijiet ġodda jew ikkonsolidaw dawk diġà eżistenti.

Dipartiment t’Arti Diġitali: www.um.edu.mt/maks/digitalarts

 

Mit-3 ta’ Lulju, l-esperjenza ta’ realtà virtwali ser tkun qed tintwera:

It-Tnejn 10:00AM – 11:00AM
It-Tlieta 4:00PM – 5:00PM
L-Erbgħa 4:00PM – 5:00PM
Il-Ħamis 11.15 AM – 12.15PM
 
It-Tnejn 10 ta’ Lulju 2017  l-esperjenza ta’ realtà virtwali ser tkun magħluqa.
With the participation of
Gabrielle Agius, John Ambrogio, Joseph Camilleri, Steffi De Martino, David Falzon, Lisa Formosa, Jean Paul Migneco, Annalise Schembri, Matthew Schembri
Creative Team
MFA Digital Arts Students 2015-2017

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
Kull età
Language
n/a