Exhibition On Screen:The Danish Collector: Delacroix to Gauguin

Loading Events

Exhibition On Screen:The Danish Collector: Delacroix to Gauguin

30 Novembru 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 17 Diċembru 2021 at 6:30 pm

Dati u Ħin
It-Tlieta 30 ta’ Novembru, 2021, 7.30pm
Il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 2021, 6.30pm

Għal ħafna snin ħadd ma kien interessat fl-arti tal-Impressjonisti. Artisti bħal Monet, Degas u Renoir ġew attakkati, u bħala riżultat tħallew bla flus. Imbagħad, ġrat xi ħaġa notevoli. Ħafna kolletturi ġodda bdew jinteressaw ruħhom u, wara ftit, kienu qed jiġġieldu biex jakkwistaw kwalunkwe xogħol minn dawn l-artisti radikali ġodda. Fosthom kien hemm il-viżjonarju u negozjant Daniż Wilhelm Hansen.

Kien mument straordinarju fl-istorja tal-arti; mimli drama, u intrigi. Xi kollezzjonisti nistgħu nirrikonoxxuhom u oħrajn le, imma Hansen ġabar kollezzjoni notevoli fid-dar sajfija tiegħu, f’Ordrupgaard, fil-periferija ta’ Kopenħagen. Wirja fuq l-Iskrin tirrakkonta l-istorja affaxxinanti tiegħu u, b’aċċess esklussiv għal wirja fl-Akkademja Rjali ta’ Londra, iġġib il-kollezzjoni straordinarja għall-big-screen.

Mid-dar u l-ġonna sbieħ ta’ Hansen f’Ordrupgaard sat-toroq ta’ Pariġi boemja, dan il-film jieħdok fuq vjaġġ biex tiskopri wħud mill-aħjar eżempji ta’arti Franċiża tas-seklu 19 li qatt ġiet miġbura f’post wieħed.

Dirett minn David Bickerstaff

Ticket Information

Adult
€10
Concessions
€8
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
1hr 30min
Cert
n/a
Language
Ingliż