Loading Events

Exhibition on Screen: Frida Kahlo

5 February 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 6 August 2021 at 7:30 pm

L-istil leġġendarju ta’ Frida Kahlo, l-ġibda għall-ħajja, l-irġiel, in-nisa, il-politika u l-wirt Messikan sawwru ikona femminista minn fuq s’isfel u muża in termini ta’ stil għall-ġenerazzjonijiet sħaħ. Iżda x’nafu dwarha bħala artista?

Frida Kahlo kienet artista prolifika f’dak li għandu xjaqsam ma’ awtoritratti u kienet tuża t-tila bħala l-mera li tirifletti l-ħajja vivida, turbolenti u xi drabi traġika tagħha. Gwidati minn kliem l-artista stess, dan il-film personali u kważi kważi intimu joffri aċċess privileġġat u dettaljat għax-xogħlijiet tagħha, u jitfa’ dawl fuq it-talent artistiku tagħha li ħafna drabi ma kienx jingħata importanza waqt ir-rakkonti tal-istorja drammatika ta’ ħajjitha.

Il-film jinkludi fih intervisti ma diversi kuraturi magħrufa madwar id-dinja kollha ta’ Kahlo, EXHIBITION ON SCREEN jesplora s-simboliżmu enromi u t-temi fil-pitturi ta’ Frida Kahlo. Ser neżaminaw l-awtoritratti omnipreżenti tagħha iżda wkoll ix-xogħlijiet li ma tantx huma rinomati b’riżultat ta’ festa vibranti u kulurita fuq l-iskrin. Emozzjonanti u xi kultant xokkanti, il-pitturi ta’ Frida ser jeħduna fi vjaġġ sorprendenti ta’ skoperta fil-moħħ ta’ waħda mill-aktar artisti femminili famużi tas-seklu 20.

Directed by Ali Ray
#EOSFridaKahlo

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
1h 30m
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż