Exhibition On Screen: Easter In Art

Loading Events

Exhibition On Screen: Easter In Art

5 April 2022 @ 7:30 pm - 8:55 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 15 April 2022 at 6:30 pm

Data u ħin
It-Tlieta, 5 ta’ April, 2022, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 15 ta’ April, 2022, 6.30pm

L-istorja tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu ddominat il-kultura tal-Punent għal dawn l-aħħar elfejn sena.  Hija waħda mill-aktar avvenimenti sinnifikattivi ta’ kull żmien, hekk kif tiġi interpretata u spjegata mill-vanġeli, iżda bl-istess mod, wieħed jista’ jara l-faxxinu tal-istorja nnifisha hekk kif tiġi interpretata mill-aqwa artisti fl-istorja.

Mit-trijonfaliżmu għall-goff, mill-etereali għas-sens tattili, xi wħud mill-aqwa biċċiet tal-arti taċ-ċivilizazzjoni tal-Punent jiffukaw fuq dan il-mument imporptanti.  Dan il-film ġie mibni fuq l-esplorazzjoni tal-istorja tal-Għid hekk kif din ġiet imfissra bl-art, miż-żmien tal-ewwel Insara sal-ġurnata tal-illum.

Miġbud f’Iżrael, l-Istati Uniti u fl-Ewropa, dan il-film jesplora modi differenti li bih l-artisti – inkluż Caravaggio, Raphael, Leondardo, El Greco, Bosch, Rembrandt, Munch, Micelangelo u oħrajn – fissru l-istorja tal-Għid matul iż-żminijiet.  Irrilevanti jekk intix reliġjuż jew le, dan il-film straodinarju jirrakkonta mhux biss l-aktar storja affaxxinanti li qatt intqalet, iżda l-aqwa storja li qatt ġiet impittra – storja li tiżvela ħafna dwar l-istorja taċ-ċivilizzazzjoni tagħna.

Dirett minn Phil Grabsky

Ticket Information

Adult
€10
Concessions
€8
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
1hr 25min
Cert
n/a
Language
Ingliż