Loading Events

Exhibition on Screen – Cézanne Portraits of a Life

3 September 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Exhibition on Screen huma ħerqana li jerġgħu jxandru wieħed mill-aktar films popolari u ta’ suċċess tagħhom, fejn nidħlu fl-esplorazzjoni unika u affaxxinanti tal-ħajja u taż-żminijiet ta’ Paul Cézanne.

Wieħed ma jistax japprezza l-arti tas-seklu għoxrin mingħajr ma jifhem is-sinnifikat tal-ġenju ta’Paul Cézanne. Miġbud fuq il-post fin-National Portrait Gallery ta’ Londra, in-National Gallery of Art f’Washington u fil-Musée d’Orsay ta’ Pariġi, dan il-film jinkludi fih intervisti mal-kuraturi u l-esperti u saħansitra korrispondenza mill-artist innifsu, li jeħduna lil hinn mill-pitturi ta’ Cézanne u jħalluna nimirhu fil-postijiet li għex u ħadem fihom, u jitfa’ dawl qawwi fuq l-artist innifsu li probbabilment huwa l-anqas magħruf fost l-artisti Impressjonisti – sal-illum.

Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 3 ta’ Settembru 2021, 7.30pm

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1h 28m
Ċert
n/a
Lingwa
Ingliż