Loading Events

European Arthouse Cinema Day 2020

8 November 2020
Spazju Kreattiv Cinema huwa eċitat biex jingħaqad ma’ eluf ta’ swali taċ-ċinema madwar id-dinja għall-ħames edizzjoni ta’ European Arthour Cinema Day biex jiċċelebra d-diversità kulturali Ewropea biċ-ċinema. Niextiequ nirringrazzjaw lill-Ambaxxata ta’ Spanja, L-Ambaxxata tal-Irlanda, Istituto Italiano di Cultura la Valletta u Alliance Française de Malte-Méditerranée għall-kontribut tagħhom għal din iċ-ċelebrazzjoni ċinematika

 

Meta nkunu qed nuru film mingħajr ħlas inkunu rridu li l-akbar ammont ta’ nies possibbli jkunu jistgħu jgawduh. Jekk jogħġbok, kun prudenti u tibbbukkjax il-biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi.

La Próxima Piel

Date and Time: Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 8:30pm

Tul: Siegħa u tlieta u erbgħin minuta

Cert: 15

Lingwa: Spanjol b’sottotitli bl-Ingliż

Gabriel, ġuvni ta’ 17-il sena, jirritorna fejn trabba f’belt żgħira f’qiegħ il-Pyrenees Spanjoli fejn maġġorparti tal-abitanti, inkluż ommu, kien ilhom li ħasbuh mejjet s-snin.  Tmien snin qabel, huwa għeb b’mod misterjuż mix-xena ta’ inċident traġiku li ħalla mejjet lill-missieru u ħadd ma rah aktar minn dakinhar.  Madanakollu, lura fid-dar tiegħu, il-ġuvni jsofri minn amneżija estensiva, u jiftakar biss biċċiet żgħar mill-passat tiegħu.  Iżda t-tfittxija tiegħu għall-identità u għall-konnessjoni mitlufa li jerġgħu jressquh lejn ommu, jqanqlu suspett fost il-komunità lokali u jistaqsu: imma tassew dan huwa dak li jgħid li hu jew xi impustur?


A Bump Along The Way

Date and Time: Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020,12pm

Tul: Siegħa u ħamsa u tletin minuta

Lingwa: Ingliż

Cert: 15

Wara skappatura ma’ raġel iżgħar minnha f’għeluq l-44 sena tagħha, Pamela (parti interpretata mingħjar diffikultà minn Bronagh Gallagher), omm xebba iżda b’imħabba għall-festini, tiskopri li nqabdet tqila.  Sadanittant, it-tifla tagħha, Allegra (Lola Petticrew) dritta lanzit u li ma taqbel magħha f’xejn, u li tara lilha nnifisha bħala l-persuna adulta minnhom it-tnejn, qed tbati ħafna biex taffaċċja kontra l-isfidi taż-żgħożija, li issa ġiet agħar ladarba ommha għandha ħajja soċjali ħafna aktar attiva minn tagħha.

Maħsudin minn din l-aħbar tat-tarbija, kemm Pamela u kemm Allegra jiġu sfurzati biex jadattaw għar-realtà l-ġdida, filwaqt li jkollhom jiffaċċjaw il-ħars ikraħ u l-moħħ magħluq ta’ dawk madwarhom.  A Bump Along The Way hija storja tenera u simpatika u d-debutt tad-direttur Selly Love.


Otto e mezzo (8½)

Date and Time: Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 5:30pm

Tul: Sagħtejn u tmintax-il minuta

Lingwa: Taljan b’sottotitli bl-Ingliż

Cert: 15

Guido Anselmi (Marcello Mastroianni), direttur akklamat ħafna, qed ibati biex isib spirazzjoni għall-proġett li jmiss, u qed jissielet mal-ħolm, il-memorji u l-ġibdiet fir-riċerka għall-kreattività. F’taħlit ta’ viżjonijiet mar-realtà, Fellini ġibed 8½ – issa wkoll restawrat minn Gaumont u Èclair – li joffri stampa ċara ta’ talent kreattiv il-ħin kollu għaddej jiġġieled mal-passat u mad-distrazzjonijiet tal-preżent, hekk kif qed jissielet biex jiddetermina l-vuċi artistika tal-futur tiegħu.  Elaborat u awto-riflessiv, 8½ huwa eżempju impekkabbli tal-istil uniku ta’ Fellini, u bravura u extravaganza li influenzat ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ produtturi tal-films – minn Woody Allen għall-Wes Anderson.  Ir-raba’ fost l-aqwa films magħżula fis-sondaġġ tad-diretturi tal-viżwal u tal-mużika (Nru. 10 fis-sondaġġ tal-kritiċi), 8½ jitqies bħala film klassiku fid-dinja taċ-ċinema u jinsab lest li jilqa’ ġenerazzjoni ġdida ta’ spettaturi taċ-ċinema.


Les courts des Grands

Date and Time: Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 8:45pm

Tul: Siegħa u erbgħa u tletin minuta

Lingwa: Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż

Dawn il-films qosra huma parti mis-serje Les courts des Grands /Films qosra minn diretturi kbar Franċiżi.  Il-films qosra kollha nħolqu minn diretturi famużi u kbar Franċiżi, speċjalment magħrufa għall-feature films tagħhom.

Tati u l-approċċ burlesque tiegħu:  Eric Rohmer, wieħed mill-aktar figuri famużi tal-Kolt il-Ġdid Franċiż; Olivier Assayas li wessa’ l-orrizzonti tal-viżjoni taċ-ċinema Franċiża; rebbieħ ta’ 3 Cèsars bil-film tiegħu La haine u Pierre Salvadri, espert tal-kummiedji romantiċi; Michel Gondry, rebbieħ tal-Oscar fl-2005 u Alain Guiraudie, appassjonat tal-Lbiċ ta’ Franza; dawn id-diretturi jingħaqdu flimkien fit-8 ta’ Novembru b’5 films qosra sabiex jippermettulek tiskopri dan l-Univers meraviljuż.

Ticket Information

Adult
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Kreattiv Cinema

St James Cavalier
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a