
- This event has passed.
European Arthouse Cinema Day 2019
13 October 2019
Bla Ħlas
Fit-13 ta’ Ottubru 2019, ir-raba’ edizzjoni tal-Jum taċ-Ċinema Arthouse Ewropea se tittella’ f’mijiet ta’ swali taċ-ċinema madwar id-dinja kollha. Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv bi pjaċir se tipparteċipa f’din iċ-ċelebrazzjoni ċinematika. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena nsibu għażla ta’ dokumentarji, films u animazzjonijiet mill-Italja, Franza, Spanja u l-Irlanda. Il-biljetti għal dan l-avveniment huma kollha b’xejn.
Il Campione
11:30am
Żagħżugħ, mimli talent u mingħajr dixxiplina, sinjur u kemmxejn qżież. Christian Ferro huwa IR-REBBIEĦ, re fil-futbol, ġenju bla rażan, idolu ġdid li ġibed l-attenzjoni ta’ fans minn madwar id-dinja. Valerio huwa mistħi u solitarju, u qed isibha diffiċli jieħu ħsieb il-problemi ekonomiċi tiegħu. Għandu dell mill-passat li qed jaħkmu, iżda jispiċċa jkun il-professur li jiġi assenjat jieħu ħsieb lill-plejer żagħżugħ meta, wara bawxata oħra, il-president tal-club jiddeċiedi li wasal iż-żmien li jitgħallem ftit dixxiplina. Din tieħu l-forma ta’ diploma postsekondarja, stadju importanti għal żagħżugħ tal-età tiegħu. It-tnejn li huma, li ma jistgħux ikunu aktar differenti minn xulxin, se jsibu ruħhom marbuta flimkien, u joħolqu rabta li ġġegħelhom jikbru u tibdlilhom ħajjithom.
Festivals u Premji:
Annecy Cinema Italien 2019: Prima
Karlovy Vary International Film Festival 2019: Horizons
Dan il-film se jintwera bit-Taljan bis-sottotitoli bl-Ingliż.
Tul: 1 hour 45 mins
Klassifikazzjoni: 12
“Filfla”, film qasir Malti ta’ Fabrizio Ellul, se jintwera qabel “Il-Campione”. “Filfla” jsegwi l-istorja ta’ mara li tmur tfittex tifel fuq il-gżira mistika ta’ Filfla, fejn ikun hemm kreatura tal-biża’ moħbija. L-animazzjoni qasira tesplora l-ħrafa u l-folklor Malti fi storja ta’ mħabba, niket, perseveranza u tama. Filfla tinbidel fil-“Gżira tal-Mejtin” fejn l-ispirti jiġu intrappolati fil-gżira minn kreatura kattiva. Mara tiġġieled in-niket tagħha fit-tfittxija tagħha għal tifel, li għandu l-muftieħ biex jegħleb lil din il-kreatura. Filfla, bħall-ispirti maqbuda fiha, tfittex ukoll li tiġi lliberata.
Atrapa La Bandera
2:30pm
Mike Goldwing, tifel kuraġġuż u determinat ta’ tnax-il sena, huwa t-tifel u n-neputi ta’ astronawti tan-NASA. Nannuh Frank, li xi darba kien meqjum iżda issa huwa astronawta rtirat u minsi, jgħix ħajtu iżolat mill-familja tiegħu wara li tilef iċ-ċans kbir li kellu li jtir lejn il-qamar ma’ Neil Armstrong u Buzz Aldrin bħala parti mill-missjoni Apollo XI. Meta biljunarju eċċentriku joħloq pjan malizzjuż biex itir lejn il-qamar, jisraq ir-riżorsi minerali vasti tal-qamar, u jeqred il-bandiera Amerikana li poġġa t-tim ta’ Apollo XI, Mike jispiċċa f’avventura straordinarja bħala passiġġier klandestin fuq il-vettura spazjali. Flimkien ma’ nannuh, l-aqwa ħbieb tiegħu Amy u Marty, u kamaleonte intelliġenti, Mike jitlaq lejn il-qamar biex jieħu l-bandiera u jerġa’ jgħaqqad flimkien lill-familja tiegħu.
Dan il-film se jintwera bl-Ispanjol bis-sottotitoli bl-Ingliż.
Tul: Siegħa u 35 minuta
Klassifikazzjoni: U
Prendre Le Large
5:30pm
Ħaddiema ta’ fabbrika tat-tessuti ta’ 45 sena tara ħajjitha tinqeleb ta’ taħt fuq minħabba miżuri ta’ tnaqqis fil-ħaddiema fil-kumpanija tagħha. Mifruda minn binha u mingħajr ebda rabta oħra, tiddeċiedi li tmur tgħix il-Marokk, fejn tkun ġiet rilokata il-kumpanija tagħha.
Dan il-film se jintwera bil-Franċiż b’sottotitoli bl-Ingliż.
Tul: 1 hour 45mins
Klassifikazzjoni: 15
Qabel “Prendre Le Large” se jintwera l-film qasir Malti “Dream Big Little Cowboy” ta’ Aldo Zammit. James, tfajjel ta’ seba’ snin, jinsab inkwetat bl-aħbar li l-għalliema li tant iħobb se titlaq fi ftit jiem. Ġurnata qabel jiltaqa’ mal-għalliema li se tieħu postha, oħt James tgħidlu sigriet li tkun semgħet dwar din l-għalliema. Mimli biża’, l-aktar ħsibijiet koroh jaħkmuh hekk kif ikun se jagħlaq għajnejh bil-lejl. Meta jasal filgħodu, James jistenna mbeżża’ hekk kif il-passi ta’ din l-għalliema misterjuża jersqu dejjem aktar qrib il-bieb…
Sing Street
8pm
Ġewwa dar tal-klassi medja f’Dublin fis-snin tmenin bi problemi tal-flus, l-iżgħar tifel Conor (Ferdia Walsh-Peelo) jiġi sfurzat imur minn skola privata għal dik tal-Brothers f’Synge Street, fejn tfal ġodda li jitqiesu ta’ mneħirhom imxammar jispiċċaw faċilment fil-mira tal-bulijiet fl-iskola. Ispirat minn pariri dwar ir-relazzjonijiet u minn għajnuna fil-mużika mingħand ħuħ il-kbir (Jack Reynor) li tant jammira iżda li għandu fama ħażina, jgħaqqad band biex jiġbed l-attenzjoni ta’ mara sofistikata u ikbar minnu fl-età (Lucy Boynton), u jirnexxielu jipperswadiha biex tidher f’serje ta’ vidjows mużikali.
B’din ir-rikostruzzjoni perfetta tal-ħajja taż-żgħażagħ f’Dublin fis-snin tmenin, id-direttur John Carney (Once) irnexxielu jagħmel suċċess ieħor b’din il-ġrajja mużikali tad-daħk u li tmiss il-qalb. (Noti minn Sunniva O’Flynn.)
★★★★The Irish Times
★★★★★ Movies.ie
★★★★ RTÉ TEN
Tul: Siegħa u 45 minuta
Klassifikazzjoni: 12A
Il-film qasir Malti “Vitor” ta’ Paul Portelli se jintwera qabel “Sing Street”. Vitor, ħaddiem tas-sengħa irtirat, iħalli daru darba waħda filgħodu biex imur jieħu l-kafè bħas-soltu. Meta jasal lura, jsib familja ta’ erba’ min-nies jgħixu fl-appartament tiegħu. B’mod stramb ħafna, jidher li qisu ilhom jgħixu hemmhekk għal żmien twil.