EUNIC Malta Film Festival 2022

- This event has passed.
EUNIC Malta Film Festival 2022
L-Ambaxxati tal-Awstrija, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Polonja, ta’ Spanja u tar-Renju Unit, kif ukoll l-Alliance Française de Malte-Méditerranée, il-Kunsill Malti għall-Arti, iċ-Ċentru Kulturali Ċek/l-Ambaxxata tar-Repubblika Ċeka u r-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, kienu qed jaħdmu flimkien biex iwaqqfu l-Cluster Malti EUNIC. EUNIC, l-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura, huwa network ta’ organizzazzjonijiet involuti f’relazzjonijiet kulturali internazzjonali.
L-EUNIC jiżgura li nies minn diversi komunitajiet u okkupazzjonijiet isiru parteċipanti attivi fil-kultura u l-arti. Il-Cluster Malti EUNIC jipprevedi li jiffaċilita l-iskambji bejn in-nies, il-kopperazzjoni Ewropea, u r-rappreżentazzjoni ta’ msieħba kulturali lokali. Il-missjoni ta’ EUNIC hija li jikkontribwixxi fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u biex jirrifletti u jagħti valur lid-diversità tal-kulturi Ewropej u valuri komuni permezz ta’ avvenimenti u proġetti Ewropej konġunti.
Il-festival tal-films EUNIC jiffoka fuq udjenzi lokali Maltin u internazzjonali, filwaqt li jippermetti lill-pajjiżi parteċipanti jippreżentaw lilhom infushom b’mod speċjali.
B’kooperazzjoni eċċellenti mas-sieħeb u sponsor tagħna Spazju Kreattiv fiċ-Ċentru għall-Kreattività ta’ St. James Cavalier fil-Belt Valletta, EUNIC Malta se jippreżenta disa’ films li it-tema ewlenija tagħhom tirrigwarda s-sostenibbiltà, kemm jekk hi dik soċjali, ekonomika jew ambjentali; tema fid-dawl tad-degradazzjoni ambjentali, tat-telf tal-bijodiversità, tat-tibdil fil-klima, tal-konsum żejjed, tat-tkabbir tal-popolazzjoni u tal-insegwiment tas-soċjetajiet għal tkabbir ekonomiku bla limitu f’sistema magħluqa.
Is-sostenibbiltà hija kwistjoni ta’ urġenza kbira għalina lkoll. Sabiex jiġi permess aċċess għal dawk kollha interessati, il-biljetti għall-films tal-festival tal-films Ewropew ta’ EUNIC li jirrigwardaw is-sostenibbiltà huma mingħajr ħlas.
EUNIC Malta tixtieq toffri aċċess ġenerali għall-kultura għal kulħadd, il-viżitaturi tal-festival tal-films mhux ser iħallsu biex jaraw il-films. Madankollu, prenotazzjoni permezz tas-sistema tal-biljetti tagħna hija meħtieġa biex tkun tista’ żżur dan il-festival tal-films.
Il-films kollha mhux bil-lingwa Ingliża huma sottotitoli
KUMMISSJONI TAL-UE F’ MALTA:
Sensiela ta’ films qosra: A Sunny Day, Olmo, Hungry Seagull, Kokota, Thermostat 6 u Tuã Ingugu tul totali ta’ 66 minuta
l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru 2022 fis-6pm
Cert 15
Ir-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta se tintroduċi l-films qosra A Sunny Day, Olmo, Hungry Seagull, Kokota, Thermostat 6 u Tuã Ingugu. A Sunny Day, immexxi mid-direttur Marokkin Faouzi Bensaïdi, jitkellem dwar kif irġiel u nisa jirnexxielhom isalvaw taħt l-impatt ta’ klima li qed tinbidel, fil-futur imbiegħed u qrib, fatt li huwa kemm fantastiku kif ukoll assurd. Hungry Seagull, immexxi mid-direttur Ċiniż Leon Wang, jiffoka fuq il-ħajjiet ta’ familja li jrabbu l-gawwi u li jgħixu fuq gżira mhux tant ’il bogħod mill-art prinċipali, u kif dawn isalvaw qalb it-theddida tas-sajd eċċessiv barra mix-xtut u tat-tniġġis tal-ambjent marittimu.
Olmo, immexxi mid-direttur Taljan Silvio Soldini, huwa dwar nannu ta’ 80 sena, u n-neputi tiegħu Giulio li qara artiklu mill-gazzetta dwar il-glaċieri li qed idubu, l-effett serra, il-metanu u s-CO2. Minflok marru l-iskola, it-tnejn ’l huma marru fuq avventura biex ifittxu siġra xiħa. Tuã Ingugu, immexxi mid-direttriċi Brażiljana Daniela Thomas, jiffoka fuq ir-relazzjoni bejn il-komunità Xingu u x-xmara tagħhom, u l-emozzjonijiet ta’ wieħed minnhom meta joħduh jara x-xmajjar ta’ Sao Paulo. Kokota: The Islet of Hope, ta’ Craig Norris, jirrakkonta storja dwar raġel li jżur gżira ċkejkna fil-viċinat jisimha Kokota, u jipprova jgħin wara li jara s-sitwazzjoni mhux stabbli tal-gżira li miexja lejn kollass minħabba t-tibdil fil-klima u d-deforestazzjoni. Thermostat 6, ta’ Maya Av-Ron, huwa film ta’ animazzjoni umoristiku bil-lingwa Franċiża, li jeżamina diversi attitudnijiet fir-rigward tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jintroduċi wkoll is-suġġett għal studenti iżgħar fl-età.
L-Ambaxxata ta’ Franza/Alliance Française de Malte-Méditerranée: Il-film Rouge tul totali ta’ 88 minuta
l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru 2022 fit-8.30pm
Cert 15
L-Ambaxxata ta’ Franza u l-Alliance Française de Malte-Méditerranée se jniedu l-film Rouge, immexxi minn Thomas Lilti. Il-film jirrakkonta storja dwar l-infermiera Nour, li għadha kif bdiet taħdem fl-impjant kimiku fejn jaħdem missierha, delegat ta’ unjoni u li ilu mexxej ta’ kumpanija għal żmien twil. Filwaqt li jkun hemm spezzjoni ta’ saħħa għaddejja fil-fabbrika, ġurnalista żagħżugħa tibda tinvestiga l-ġestjoni tal-iskart. Iż-żewġ nisa ftit ftit jiskopru li din il-fabbrika, li hija pilastru tal-ekonomija lokali, qed taħbi diversi sigrieti.
L-Ambaxxata ta’ Spanja: Il-film Azul Y No Tan Rosa tul totali ta’ 120 minuta
il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2022 fis-6pm
Cert 18
Il-film tal-Ambaxxata ta’ Spanja huwa dwar Diego, fotografu ta’ suċċess li jgħix fid-dinja affaxxinanti tal-moda, superfiċjali u ħalja. Inċident traġiku jeqliblu ħajtu ta’ taħt fuq; is-sieħeb tiegħu issa jinsab f’koma. F’ħin mhux mistenni, preċiżament f’dan iż-żmien terribbli, Diego jrid jieħu ħsieb lit-tifel tiegħu Armando, u jridu jidraw lil xulxin; Armando jrid jadatta għad-dinja omosesswali mhux magħrufa ta’ missieru, u Diego għar-ras iebsa tat-tifel tiegħu.
Il-Kunsill Malti għall-Arti: Sensiela ta’ films qosra, tul totali ta’ 75 minuta:
il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2022 fit-8.30 pm
Cert 15
Lost Kid Wanderer, immexximinn Chelsea Muscat
Son, immexxi minn Ryan Zammit Pawley
Embrace the Grind, immexxi minn Keith Dimech
Rabbit Stew, immexxi minn Francesca Zammit
The Soapbox, immexxi minn Bruce Micallef Eynaud
Orrajt, immexxi minn Jeremy Vella
The Black Pebble, immexxi minn Chris Zarb
Biex jiċċelebra is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ, għażel varjetà ta’ films qosra minn produtturi ta’ films żgħażagħ Maltin. Il-films qosra jħaddnu varjetà ta’ ġeneri, forom, temi, stili u tonalitajiet u dan huma diversi bħalma huwa l-grupp ta’ prodotturi tal-films li ħolquhom.
F’Lost Kid Wanderer ta’ Chelsea Muscat, vjaġġatriċi solitarja trid tiddeċiedi dwar il-fidi tal-futur tagħha f’punt fejn ħajjitha qed tasal fi tmiemha. Son, immexxi minn Ryan Zammit Pawley, hija storja dwar l-adoloxxenza li ddur madwar Sonny, tifel Malti fl-aħħar ta’ tfulitu. Wara lejl ta’ divertiment, Sonny iqum b’ħasda, għax jaf li jrid jiġi f’sikktu biex imur għall-festa ta’ għeluq snin nanntu. Embrace the Grind, immexxi minn Keith Dimech, huwa film qasir dwar plejer ta’ ispirazzjoni tal-basketball, Mason Vires, u jirrakkonta l-istorja ta’ dak li jgħaddi minn moħħ professjonist biex jilħaq il-quċċata tas-suċċess. Rabbit Stew, immexxi minn Francesca Zammit, jirrakkonta l-istorja ta’ żewġt iħbieb tal-qalb antiki, ta’ 13-il sena u 10 snin. Gianni jwassal lil Sarah id-dar mill-iskola, madwar il-villaġġ ikkulurit tagħhom. Għal Sarah, il-villaġġ huwa d-dinja kollha, iżda sat-tmien ta’ din il-ħrafa femminista, it-twemmin infantili tagħha jiġi mkisser bir-realizzazzjoni li l-adulti mhumiex perfetti daqskemm ħasbet. The Soapbox, immexxi minn Bruce Micallef Eynaud, huwa dwar l-aħħar weekend ta’ lockdown, meta virus misterjuż jwassal żagħżugħ jibda jiddubita r-razzjonalità tiegħu. Orrajt, immexxi minn Jeremy Vella, juri ġlieda bilingwi li George, kelliem tal-Ingliż u tal-Malti, għandu bżonn jaffaċċja. F’The Black Pebble, ta’ Chris Zarb, Vincent jitgħallem lezzjoni dwar il-maħfra tiegħu innifsu.
L-Ambaxxata tal-Polonja: Il-film The Balcony Movie tul totali ta’ 100 minuta
il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2022 fis-6pm
Cert 12A
“Jista’ xi ħadd ikun eroj tal-films? Id-dinja tista’ tinqafel fi kwadru ta’ film wieħed? Id-direttur Paweł Łoziński qed jara lin-nies mill-gallarija tiegħu hekk kif jgħaddu minn quddiemu: imdejqin, imħassbin, imweħħlin mal-mowbajs tagħhom, kemm żgħar kif ukoll xjuħ. Ġirien, viżitaturi każwali jew sempliċiment persuni li jinzertaw ikunu għaddejjin. Il-produttur tal-film jaffrontahom, jistaqsihom xi mistoqsijiet, jitkellem dwar kif dawn iħabbtu wiċċhom mal-ħajja. Filwaqt li jżomm l-kamera tiegħu u l-istess pożizzjoni għal iktar minn sentejn, huwa joħloq spazju għal djalogu, joħloq ambjent ta’ konfessjoni ta’ kull tip, fejn kulħadd jista’ jieqaf u jirrakkonta l-istorja tiegħu. Il-protagonisti jġorru magħhom sigrieti u misteri, li mhumiex faċli biex ittihom titlu. Kull storja hija unika, u l-ħajja dejjem tisboq l-immaġinazzjoni”.
L-Istitut Kulturali Taljan: Il-film L’Ombra del Giorno tul totali ta’ 125 minuta
il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru fit-8.30pm
Cert 15
L-Istitut Kulturali Taljan La Valletta – li huwa wkoll l-Uffiċċju Kulturali tal-Ambaxxata tal-Italja f’Malta – se jintroduċi…L’Ombra del Giorno. Dan il-film huwa ambjentat f’belt provinċjali (Ascoli Piceno) matul l-aħħar tat-tletinijiet. Luciano, simpatizzatur tal-faxxiżmu bħall-maġġoranza tat-Taljani, huwa sid ta’ ristorant, li minkejja kollox jemmen li jista’ jgħix skont ir-regoli li ta lilu nnifsu, f’tip ta’ forma ta’ iżolazzjoni mid-dinja ta’ barra. Iżda mit-tieqa li tħares lejn il-pjazza antika, flimkien mas-sinjali inkwetanti li jindikaw li se jiġri xi ħaġa fid-dinja, titfaċċa tifla b’sigriet fuq spallejha. Jisimha Anna u jirnexxielha tibda taħdem fir-ristorant. Minn dakinhar ’il quddiem, il-ħajja ma tibqax l-istess għal Luciano u flimkien mal-perikli li jaffaċċja, hemm l-akbar wieħed: l-imħabba.
Iċ-Ċentru Kulturali Ċek f’Ruma/ L-Ambaxxata tar-Repubblika Ċeka:Il-film Living Water tul totali ta’ 77 minuta
is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022 fis-6pm
Cert U
Iċ-Ċentru Kulturali Ċek f’Ruma u l-Ambaxxata tar-Repubblika Ċeka se jippreżentaw Living Water: Sa minn meta n-nomadi Ġordani stabbilixxew ruħhom fil-pajsaġġ spettakolari ta’ Wadi Rum, saru dipendenti fuq l-infrastruttura kumplessa tal-ilma. Is-sors jinsab eżatt taħt saqajhom, madankollu jsibu diffikulta’ biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom. Sadanittant, estrazzjoni tal-ilma fil-fond, qed titma rziezet kbar privati, qed tanima żvilupp viżjonarju u qed tiżgura popolazzjoni urbana dejjem tikber. In-nomadi, il-bdiewa u l-abitanti tal-belt: kollha kemm huma jistennew sehem ġust iżda t-tħaffir għall-ilmau l-minjiera tad-deheb il-blu, tikxef splużjoni problematika ambjentali. Living Water jirrakkonta storja ta’ setgħa, esplojtazzjoni u ċirkustanzi ekoloġiċi li dejjem jinbidlu, f’wieħed mill-iktar pajjiżi neqsin mill-ilma tad-dinja.
L-Ambaxxata Ġermaniża: Il-film Toubab tul totali ta’ 96 minuta
is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2022 fit-8.30pm
Cert 15
L-Ambaxxata tal-Ġermanja se turi Toubab, li jirrakkonta l-istorja tal-kriminal Babtou. L-unika ħaġa li tista’ ssalva lill-kriminal ta’ ftit importanza bl-isem ta’ Babtou milli jiġi ddeportat lejn is-Senegal hija li jiżżewweġ Ġermaniża. Peress li fi Frankurt il-klassi soċjali hija ta’ importanza kbira u għalhekk, mhu se jkun hemm l-ebda mara li tasal tiżżewweġ lil dal-proxxmu, il-ħabib tal-qalb ta’ Babtou, Dennis jidħol fix-xena biex jgħin. Iż-żewġ subien iqattgħu “l-lejla tat-tieġ” tagħhom ma’ nisa nofshom għarwiena fi klabb tal-istriptease, iżda qabel ma jiġu l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni quddiem biebhom biex jiċċekkjaw jekk hemmx ċans li kien hemm xi żwieġ falz, kellhom joħolqu stil ta’ ħajja queer kemm jista’ jkun malajr. Il-bnadar bil-kuluri tal-qawsalla u l-lampa b’forma ovvja huma biss bidu improvizzat, għaliex daqt se tinfetaħ dinja lil hinn mill-isterjotipi tagħhom ta’ omosesswalità għat-tnejn li huma; iżda se jkollhom ukoll l-opportunità li jiffaċċjaw l-intolleranza u l-imħuħ magħluqin tal-ambjent ta’ qabel tagħhom. Bil-punti strettament satiriċi tiegħu l-“film ta’ bejn il-ħbieb”, li jingħad b’ħafna intelliġenza u dinjità, ma jitlef qatt is-sens ta’ sfond serju, l-eżaminazzjoni tiegħu tal-politika ta’ migrazzjoni jew preġudizzji razzisti u sessisti.
L-Ambaxxata tal-Awstrija: Il-film Alpenland tul totali ta’ 88 minuta
il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022 fis-6pm
Cert: U
L-Ambaxxata tal-Awstrija se tippreżenta l-film Alpenland minn Robert Schabus. Il-film, jitratta żewġ dinjiet opposti: Id-dinja ta’ turiżmu tal-iski prestiġjuż bl-Alpi impressjonanti tiegħu u d-dinja ta’ bidwi sempliċi, li tirrifletti fuq ix-xogħol ta’ kuljum u iebes, jidhru li qegħdin f’kunflitt. B’mod speċjali, ix-xeni fantastiċi tan-natura, jagħtu ħjiel li t-tibdil fil-klima, li għandha effetti fuq il-bnedmin u n-natura, għandu rwol ewlieni f’dan il-film. Alpenland jiffoka fuq diversi pajjiżi. Jintwerew ġenerazzjonijiet differenti, u peress li n-negozju alpinihuwa profittabli, il-film juri protagonisti u ġenerazzjonijiet differenti, mill-aġent tal-proprjetà immobbli fin-negozju alpini bi profitt għolja, sat-tifla ta’ bidwi li għandha tieħu f’idejha r-razzett tal-alpini.
Il-Kunsill Ingliż f’Malta: Sensiela ta’ films qosra: The Elvermen, Eve, The Promise, Samaritan u Songs of the Earth tul totali ta’ 75 minuta
Se tintwera nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022 fit-8.30pm
Cert 15
L-Ambaxxata tar-Renju Unit u l-Kunsill Ingliż se juru l-films qosra The Elvermen, Eve, The Promise, Samaritan u Songs of the Earth. The Elvermen minn Isla Badenoch huwa film qasir atmosferiku miġbud f’lejl mixgħul bid-dawl tal-qamar li jikxef komunità moħbija li tikkaċċja ħuta f’periklu ta’ estinsjoni. Eve, immexxi minn Natalie Portman, tirrakkonta storja dwar mara żagħżugħa li żżur lin-nanna tagħha biex titkellem dwar ommha “Eve”, iżda minflok,b’sorpriża, tispiċċa kemm xufier kif ukoll chaperon fl-ikla romantika tan-nanna tagħha ma’ armel bl-isem ta’ Joe. Samaritan, immexxi minn Dustin Curtis Murphy huwa dwar tabib immigrant, li jibża’ li jiġi deportat, li jgħix mingħajr l-ħtiġijiet bażiċi u li jsib ġisem ta’ politikant li kien inħataf riċentament. Songs of Earth, immexxi minn Soumik Datta, isegwi lil Asha, refuġjata ta’ età żgħira, li kellha taħrab minn Bengal minħabba l-klima, hija u tfittex lil missierha li sparixxa fil-għargħar tad-delta ta’ Sundarbans.