Elektronika | Past – Present – Future

Loading Events

Elektronika | Past – Present – Future

26 Mejju 2022 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Elektronika huwa proġett li għandu l-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. Fl- aħħar tnax-il xahar, dan il-proġett għadda minn fażi ta’ riċerka permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet ta’ stejjer orali fejn ġie esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta. F’Marzu li għadda, din l-ewwel fażi ta’ riċerka ġiet konkluża bi preżentazzjoni minn Michael Bugeja u Toni Sant mill Fondazzjoni M3P.

F’din l-attivita pubblika li jmiss, Edwin Balzan mill-organizzazzjoni volontarja Electronic Music Malta, ħa jmexxi diskussjoni fuq il-fażi li jmiss ta’ dan il-proġett. Din id-diskussjoni ħa tieħu l-forma ta’ konsultazzjoni li ħa jkolla lil Michael Bugeja u Toni Sant bħala mistednin prinċipali. Flimkien ma’ mistednin oħra (kif ukoll il-pubbliku) preżenti, se jiġu kkunsidrati ideat sabiex Elektronika jevolvi fi programm li jkun jinkludi kuncerti, esebizzjonijiet, u iktar ricerka fost l-oħrajn.

Elektronika huwa parti mill-programmi ta’ Circuits u Spazju Kreattiv.

Tim Kreattiv
Edwin Balzan
Michael Bugeja
Toni Sant

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
ex-Cafeteria

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 - 90 minutes
Ċert
all ages
Lingwa
English / Maltese