EBEJER – Proġett ta’ Riċerka

Loading Events
  • This event has passed.

EBEJER – Proġett ta’ Riċerka

25 Frar 2016 @ 9:00 am - 27 Marzu 2016 @ 9:00 pm

Wirt – Kittieb – Narrattiva Viżwali

Ftuħ: Il-Ħamis 25 ta’ Frar 2016
Għeluq: Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016
Post: Spazju A (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Francis Ebejer (1925-1993) huwa fost wieħed mill-aktar modernisti ewlenin u ikoniċi għal-letteratura Maltija. Iżda apparti l-kitbiet tiegħu, Ebejer kien artist ukoll, aspett li forsi mhuwiex magħruf daqshekk għalih. Dan il-proġett huwa msejjes eżattament fuq dan – fuq l-arti viżiva ta’ dan il-moħħ letterarju, u fuq l-impatt li ħalla fuq is-sensibiltajiet artistiċi ta’ ibnu, Damian Ebejer.

Għalhekk, il-proġett jitfa’ ħarstu wkoll fuq il-pożizzjoni li ħa Damian fil-konfront tat-tfittxja kontinwa ta’ missieru f’dak li għandu x’jaqsam mal-identità Maltija u Mediterranja. Flimkien ma’ dan, il-proġett jitfa’ dawl fuq il-mod ta’ kif Francis Ebejer niseġ il-ħsibijiet letterarji tiegħu f’forom artisitiċi u narrattivi viżwali, imnisslin huma wkoll fuq biċċiet tal-karti. Ix-xogħol ta’ Damian, sa ċertu punt, huwa riflessjoni u referenza ta’ dan l-ambjent li trawwem fih, u li issa ġie mlibbes b’figuri enigmatiċi, xenarji u forom astratti.

Il-proġett jinkludi rappreżentazzjoni tax-xogħlijiet ta’ Francis u Damian Ebejer, materjali arkivjati, projezzjonijiet ta’ vidjows, diskussjonijiet, taħdidiet, intervisti u żjarat edukattivi għall-istudenti.

Ser isir ukoll seminar għall-pubbliku nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu mis-1.00PM – 4.00PM

 



									
Creative Team
Francis Ebejer, Damian Ebejer, Prof. Louis Laganà (kuratur)

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
Kull età
Language
Malti / Ingliż