DIY Synth Building Workshop

Loading Events
  • This event has passed.

DIY Synth Building Workshop

10 Diċembru 2020 @ 6:30 pm - 8:00 pm
Il-workshop fi Studjow A huwa mimli. Individwi interessati li jattendu l-workshop xorta jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ Zoom billi jibbukjaw fuq il-link ipprovdut. Il-parteċipanti li jattendu online ser jingħataw l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet waqt il-workshop. Ix-xandira diretta hija disponibbli biss għal dawk l-individwi li għandhom lis-Storbju Noise Monger Kit (attwalment mibjugħ). Dawk li ordnawha minn qabel jistgħu wkoll jissieħbu fix-xandira diretta.

Waqt dan il-workshop, il-parteċipanti ser jiġu ntrodotti għall-ħiliet bażiċi tal-issaldjar u jitgħallmu kif jibnu dan l-apparat sempliċi.

Stazzjonijiet tal-issaldjar se jkunu disponibbli, iżda l-parteċipanti għandhom bżonn jixtru il-kit ‘Storbju Noise Monger’ biex jattendu għal dan il-workshop. Iddisinjat minn Mike Desira u Frank Cachia, dan l-apparat sempliċi elettroniku li jiġġenera l-istorbju issa huwa disponibbli minn Electronic Music Malta.

Dan il-workshop se jkun avveniment ibridu, live fi Spazju Kreattiv – suġġett għall-protokolli tas-saħħa COVID-19 – u streaming ukoll live online. Il-prenotazzjonijiet għal dan il-workshop u x-xiri tal-apparat Storbju jistgħu jsiru permezz ta’ email fuq info@electronicmusicmalta.org.

Electronic Music Malta hija appoġġjata mill-Kunsill għall-Arti ta’ Malta. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm Circuits fi Spazju Kreattiv.

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Studio A

Additional Information

Duration
Sagħtejn
Cert
n/a
Language
n/a