
Dehumaneation
Nesploraw l-ispazju bejn id-deżumanizzazzjoni, l-umiljazzjoni u n-nazzjon permezz ta’ perspettiva ġeopolitika u storika.
Dehumaneation hija wirja li tgħaqqad pitturi ta’ Shaun Grech, film, installazzjoni, rakkonti, u dibattitu kritiku biex tesplora dawn il-kunċetti kumplessi. Kurat minn Prof. Raphael Vella u bl-użu tal-inevenzjoni tal-kelma, il-kunċett u l-investigazzjoni Dehumaneation, ngħaqqdu dawn it-tliet kunċetti flimkien (id-deżumanizzazzjoni, l-umiljazzjoni u n-nazzjon) biex nindirizzaw firxa ta’ każijiet u manifestazzjonijiet ta’ dan l-ispazju intersezzjonali. Mingħajr mistħija ta’ xejn, dan il-proġett jiddikkjara ruħu bħala wieħed politiku u għandu l-għan li jiftaħ spazju għal riflessjoni kritika attiva u dibattitu dwar firxa ta’ kwistjonijiet li jniggżu, waqt li jimmaġina siti ta’ reżistenza kritika fl-ispazju artistiku.
ARTIST
Shaun Grech
KURATUR
Raphael Vella
KOLLABORATURI
Paul Portelli, Martin Bonnici