Data u Ħin: L-Erbgħa, 17 ta’ Ottobru 2018, 7:30pm Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv Prezz: Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa
Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi.
Bil-Franċiz, sottotitoli bl-Ingliż.
Antoine għaddej minn dipressjoni wisq akuta sabiex jibqa’ jdoqq mal-band tiegħu tar-rock. Wara li jqatta’ ħin konsiderevoli jterraq it-toroq, jiddeċiedi li jfittex xogħol ieħor. Meta wieħed iqis il-ftit ħiliet li għandu, huwa jista’ jitqies iffortunat li ngħata x-xogħol ta’ purtinar ta’ blokka appartamenti qadima ġewwa Pariġi. Hawnhekk malajr juri kemm hu tajjeb fix-xogħol, anki jekk jagħmlu xi ftit jew wisq b’mod eċċentriku. Kulħadd isir iħobbu. Antoine jiżviluppa ħbiberija partikolari wkoll ma’ Mathilde, mara li rtirat riċentament u li tgħix fl-istess blokka, imma li l-qagħda mentali tagħha qiegħda kulma jmur tiddeterjora.
Data u Ħin: L-Erbgħa, 17 ta’ Ottobru 2018, 7:30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas, prenotazzjoni meħtieġa
Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi.
Bil-Franċiz, sottotitoli bl-Ingliż.
Antoine għaddej minn dipressjoni wisq akuta sabiex jibqa’ jdoqq mal-band tiegħu tar-rock. Wara li jqatta’ ħin konsiderevoli jterraq it-toroq, jiddeċiedi li jfittex xogħol ieħor. Meta wieħed iqis il-ftit ħiliet li għandu, huwa jista’ jitqies iffortunat li ngħata x-xogħol ta’ purtinar ta’ blokka appartamenti qadima ġewwa Pariġi. Hawnhekk malajr juri kemm hu tajjeb fix-xogħol, anki jekk jagħmlu xi ftit jew wisq b’mod eċċentriku. Kulħadd isir iħobbu. Antoine jiżviluppa ħbiberija partikolari wkoll ma’ Mathilde, mara li rtirat riċentament u li tgħix fl-istess blokka, imma li l-qagħda mentali tagħha qiegħda kulma jmur tiddeterjora.
Dettalji
Venue
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Organizzatur
Iktar
Related Events
Wiki Loves Art 2019
25 Jannar - 7 AprilThe Favourite
30 Jannar - 24 FrarCall for Proposals: Art in Public Spaces 2019-2021
1 Frar - 12 April