Loading Events
  • This event has passed.

Ctrl Z BFA Exhibition 2020

29 May @ 6:00 pm - 7:00 pm
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Additional Information

Duration
60 minuta
Cert
N/A
Language
Ingliż

Data: Il- Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2020, 6pm
Xandira diretta fuq Facebook

Ctrl Z hija wirja virtwali kollettiva maħluqa minn studenti tat-tielet sena tal-kors tal-Arti Diġitali fl-Università ta’ Malta. Din l-esebizzjoni hija iċċentrata dwar il-proġetti personali li ħolqu l-istudenti għat-teżi individwali tagħhom.L-isem ‘Ctrl Z’ jirreferi għal ‘keyboard shortcut’ li biha l-istudenti jkunu jistgħu imorru lura u jħasru ċertu passi mix-xogħol diġitali tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, dan jirreferi wkoll għal proċess ta’ żbalji u titjib li l-istudenti jgħaddu minnu biex joħolqu xogħolhom.

Il-proġetti f’din l-esebizzjoni jesploraw diversi mezzi artistiċi, bħall-fotografija, illustrazzjoni, disinn grafiku, filmati u realtà virtwali. L-istudenti użaw dawn il-mezzi sabiex investigaw temi bħar-relazzjonijiet intimi, is-sensi umani, l-arti performattiva, u problemi soċjali.

Fid-29 ta’ Mejju, il-wirja ser tkun disponibbli fuq websajt. Il-ftuħ uffiċjali ser isseħħ fl-istess ġurnata fis-sitta ta’ wara nofsinhar u disponibbli ‘live’ fuq Facebook. Kull min hu interessat ser ikun jista’ jara l-proġetti tal-istudenti u x-xogħol kollu tagħhom fuq il-websajt, waqt li jista’ jesperjenza l-ftuħ uffiċjali fuq Facebook ukoll.