Circuits talk: Take good care of your Hearing, by Dr Andrew Sciberras

- This event has passed.
Circuits talk: Take good care of your Hearing, by Dr Andrew Sciberras
Data u Ħin
It-Tnejn 19 ta’ Ottubru, 2020, 6:30pm
L-għan ta’ din it-taħdita huwa li toħloq kuxjenza dwar il-ħsara kkawżata minn storbju eċċessiv. Madwar 1.1 biljun adolexxenti u żgħażagħ adulti jinsabu f’riskju ta’ telf ta’ smigħ minħabba l-użu ta’ apparat awdjo personali, inklużi smartphones, kif ukoll espożizzjoni għal livelli ta’ ħsejjes għoljin f’postijiet ta’ divertiment storbjużi bħal nightclubs, bars u avvenimenti sportivi, skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. It-telf tas-smigħ għandu konsegwenzi potenzjalment devastanti għas-saħħa fiżika u mentali, l-edukazzjoni u l-impjieg.
Dr Sciberras jiddiskuti l-effetti tal-istorbju fuq is-sistema tas-smigħ u fatturi oħra li jikkontribwixxu li fil-preżenza tal-istorbju jikkawżaw aktar ħsara. Huwa se jispjega wkoll modi kif jiġi evitat telf ta’ smigħ u biex titnaqqas il-possibbiltà ta’ tinnitus.
Brian Vella magħruf ukoll bħala Junior B se jaqsam ukoll kif numru ta’ snin attiv fix-xena mużikali kellhom effett ħażin fuq is-smigħ tiegħu u kif għeleb din il-kundizzjoni.
TIM KREATTIV
Edwin Balzan, Luc Houtkamp
KOLLABORATURI
Spazju Kreattiv, Arts Council Malta and the German Maltese Circle
Informazzjoni fuq il-Biljetti