Circuits Away from the Comfort Zone – Sensing Satie

- This event has passed.
Circuits Away from the Comfort Zone – Sensing Satie
Data u Ħin
Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru, 2020, 8:30pm
Wara introduzzjoni qasira għall-proġett ‘Away from the Comfort Zone’, l-ewwel preżentazzjoni ser issir online. SENSING SATIE fih 2 xogħlijiet tal-kompożitur Franċiż Erik Satie – l-ewwel sett ta’ Pièces froides u Vexations. Pièces froides huma żewġ settijiet ta’ kompożizzjonijiet, komposti f’Marzu tal-1897. Vexations tikkonsisti f’tema qasira fil-bass b’kordi li jakkumpanjawha, miktuba bl-użu ta’ notazzjoni enarmonika eċċentrika u mhux prattika. L-iskrizzjoni fuq il-kompożizzjoni tissuġġerixxi li t-tema għandha tindaqq mat-840 darba.
Dawn Williams iddoqq Vexations sitt darbiet waqt li t’alterna bejn pjanu u pjanu tal-logħob. Owen Jay juża Eurorack, sistema bl-użu ta’ moduli li jistgħu jitqiesu avventurużi għal prestazzjoni live. Partijiet mill-pjanu jiġu pproċessati permezz tas-sistema modulari u permezz ta’ envelops followers, effetti u ħsejjes oħra li jiġu attivati mill-pjanista.
TIM KREATTIV
Tricia Dawn WIlliams, Owen Jay
KOLLABORATURI
Spazju Kreattiv, Arts Council Malta and the German Maltese Circle
Informazzjoni fuq il-Biljetti