Loading Events
  • This event has passed.

Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-Lecture

3 Mejju 2019 @ 8:00 pm - 10:00 pm

Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, 2019, 8pm
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: EUR10 (EUR8 għall- membri tal-EMM)

Biex tibda l-konferenza ta’ ‘Circuits 2019‘, nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju, Electronic Music Malta u Spazju Kreattiv se jkunu qed jippreżentaw lekċer performattiva mill-kreatur tal-istrumenti Olandiż, Yuri Landman.

L-artist Yuri Landman kien magħżul bħala parti mill-programm ta’ Residenza tal-Artisti ta’ Spazju Kreattiv fl-2016. Matul ir-residenza tiegħu, Yuri kkontribwixxa għall-ħolqien ta’ numru ta’ strumenti elettro-akustiċi, li issa jiffurmaw parti mill-kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività.
Għal din l-okkażjoni biss, ser ikollok l-opportunità li ddoqq dawn l-istrumenti flimkien ma’ Yuri u l-membri l-oħra tal-udjenza.

Yuri Landman (b. 1973) huwa mużiċist u inventur ta’ strumenti mużikali. Huwa ħadem ma’ atti sperimentali bħal Sonic Youth, dEUS, Melt Banana, Rhys Chatham, Ex-Easter Island Head, Half Japanese, u Kaki King. Fl-2012, flimkien ma’ Bart Hopkin, ippubblika ‘Nice Noise’, ktieb dwar kif tipprepara l-kordi u tekniki avvanzati għall-kitarra. Fl-istess sena beda wkoll il-grupp tiegħu, Bismuth, flimkien ma’ Arnold van de Velde, segwit mill-album tad-debutt fl-2014.

Il-konferenza ser tkun bla ħlas filwaqt li l-biljetti għall-kunċerti jixtraw:
Biljett tal-kunċert: EUR10 (EUR8 għall- membri ta’ EMM)
Biljett għaż-żewġ avvenimenti: EUR15 (EUR12 għall- membri ta’ EMM ),
(Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-Lecture + Circuits 2019 – Poèmes Électroniques & Pow Ensemble )

Biex tixtri biljett wieħed għaż-żewġ avvenimenti (EUR15 ), jekk jogħġbok agħżel post minn fuq iż-żewġ avvenimenti u s-sistema tiddireġik għall-prezz imraħħas awtomatikament.

Ġħall-membri ta’ EMM, jekk jogħġobkom agħżlu post minn fuq iż-żewġ avvenimenti, u agħżlu ‘EMM Members’ mill-menu ta’ fuq.  Kif isir dan, is-sistema tiddireġik għall-prezz speċjali u mraħħas awtomatikament.

With the participation of
Electronic Music Malta, Spazju Kreattiv
Creative Team
Yuri Landman

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
120 minuta
Cert
U
Language
Ingliż