Loading Events
  • This event has passed.

Circuits 2019 – Poèmes Électroniques & Pow Ensemble

4 Mejju 2019 @ 8:00 pm - 10:30 pm

Data u Ħin: Is-Sibt, 4 ta’ Mejju, 2019, 8pm
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: EUR10 (EUR8 għall- membri tal-EMM)

Il-konferenza ‘Circuits 2019’ tiġi fi tmiemha permezz ta’ rappreżentazzjonijiet mill-gruppi elettroniċi POW Ensemble u Poèmes Électroniques.

POW Ensemble ġew imwaqqfa mill-kompożitur Malti/Olandiż Luc Houtkamp, u huwa ‘chamber ensemble’ tas-seklu 21 li jdoqq permezz ta’ ħsejjes elettroniċi u komputers imħallta ma’ strumenti akustiċi. Dan l-‘ensemble’ hu rinomat internazzjonalment li jippreżenta l-mużika elettronika lill-udjenza b’mod pjuttost komprensiv.

POW Ensemble hu ffurmat minn Guy Harries – vuċi, flawt, kompjuter, ħsejjes elettroniċi, drum machine; Luc Houtkamp – sassofonu, kompjuter, ħsejjes elettroniċi u Tom Armitage – vuċi, synthesizers.

Poèmes Électroniques jimprovizzaw rappreżentazzjoni mużikali immersiva permezz tal-kombinazzjoni distinta u modernista bejn ‘modular synthesizer’ u l-perkussjoni. Permezz t’hekk, l-udjenza titwassal fi spazju li jistimola s-sensi u fejn ir-realta tisfoka fil-waqt li l-konfini tal-ħsejjes jikbru. Dan il-grupp huwa spirat mix-xogħol ta’ Edgar Varèse, Poème Électronique li kien xogħol seminali ta’ mużika elettronika komposta apposta għall-Padiljun tal-Philips waqt il-Fiera Dinjija li kienet saret fi Brussel fl-1958; kif ukoll il-mużika elettro-akustika ta’ Karlheinz Stockhausen.

Poèmes Électroniques huma ffurmati minn Dr. Marc Fleury imwieled Franza li jfakkarna f’pajsaġġ tal-ħoss meditattiv waqt prestazzjonijiet bl-użu ta’ ‘modular synthesizer’ rari imżewwaq b’effetti moderni; kif ukoll il-perkussjonista Stuart Gerber.

Il-konferenza ser tkun bla ħlas filwaqt li l-biljetti għall-kunċerti jixtraw:
Biljett ta’ ġurnata: EUR10 (EUR8 għall- membri ta’ EMM)
Biljett għaż-żewġ avvenimenti: EUR15 (EUR12 għall- membri ta’ EMM ),
(Circuits 2019 – Poèmes Électroniques & Pow Ensemble + Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-Lecture)

Biex tixtri biljett wieħed għaż-żewġ avvenimenti (EUR15 ), jekk jogħġbok agħżel post minn fuq iż-żewġ avvenimenti u s-sistema tiddireġik għall-prezz imraħħas awtomatikament.

Ġħall-membri ta’ EMM, jekk jogħġobkom agħżlu post minn fuq iż-żewġ avvenimenti, u agħżlu ‘EMM Members’ mill-menu ta’ fuq.  Kif isir dan, is-sistema tiddireġik għall-prezz speċjali u mraħħas awtomatikament.

With the participation of
Spazju Kreattiv, Black Box Pro, Late Interactive, Red Bull.
Creative Team
Electronic Music Malta

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Additional Information

Duration
n/a
Cert
Kull età
Language
Ingliż