Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 3 – Is-Sibt, 4 ta’ Mejju, 2019 Post:Atriju, Lejn l-Atriju, Studjos A, B u t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv Dħul għall-konferenza huwa bla ħlas
Circuits hija konferenza annwali għal dawk li tinteressahom il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-mużika elettronika. Din il-konferenza, li ħa tirritorna għar-raba’ edizzjoni tagħha, hija organizzata minn Electronic Music Malta u bħal fis-snin li għaddew ser ssir ġewwa Spazju Kreattiv fit-3 u 4 ta’ Mejju, 2019.
Fl-ewwel jum, ser ikollna Performance-Lecture mingħand Yuri Landman, kreatur ta’ strumenti mużikali alternattivi u artist passat fl-Artists’ Residency Programme ta Spazju Kreattiv. F’din l-attività, Yuri se jkun qed idoqq strumenti varji li kkrea hu stess filwaqt li jispjega xi ftit mit-tekniċi li huwa juża fil-proċess tal-kreazzjoni.
Fit-tieni jum, il-konferenza tkun fl-aqwa tagħha permezz ta’ serje ta’ diskussjonijiet u rappreżentazzjonijiet bis-sehem ta’ Mario Abela, Introwerks, Robert Babicz, Melchior Sultana u The Ebbin & Flow.
Finalment, il-konferenza tiġi fi tmiemha b’kunċert mill-gruppi POW Ensemble u Poèmes Électroniques.
Bħal fis-snin ta’ qabel, ‘Circuits’ ħa tinkludi wkoll installazzjoni, ‘masterclasses’ fuq inġinirija tal-ħoss u ‘sound design’ u mużika kontinwa li ħa tindaqq minn diversi dj’s.
‘Circuits 2019’ hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv u qed tiġi mnedija bis-saħħa ta’ Black Box Pro, Red Bull u Late Interactive.
Biex tixtri biljett wieħed għaż-żewġ avvenimenti (EUR15 ), jekk jogħġbok agħżel post minn fuq iż-żewġ avvenimenti u s-sistema tiddireġik għall-prezz imraħħas awtomatikament.
Ġħall-membri ta’ EMM, jekk jogħġobkom agħżlu post minn fuq iż-żewġ avvenimenti, u agħżlu ‘EMM Members’ mill-menu ta’ fuq. Kif isir dan, is-sistema tiddireġik għall-prezz speċjali u mraħħas awtomatikament.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. Please note, by not permitting cookies some functions on this website may not work as expected.AllowNoPrivacy policy
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 3 – Is-Sibt, 4 ta’ Mejju, 2019
Post: Atriju, Lejn l-Atriju, Studjos A, B u t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Dħul għall-konferenza huwa bla ħlas
Circuits hija konferenza annwali għal dawk li tinteressahom il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-mużika elettronika. Din il-konferenza, li ħa tirritorna għar-raba’ edizzjoni tagħha, hija organizzata minn Electronic Music Malta u bħal fis-snin li għaddew ser ssir ġewwa Spazju Kreattiv fit-3 u 4 ta’ Mejju, 2019.
Fl-ewwel jum, ser ikollna Performance-Lecture mingħand Yuri Landman, kreatur ta’ strumenti mużikali alternattivi u artist passat fl-Artists’ Residency Programme ta Spazju Kreattiv. F’din l-attività, Yuri se jkun qed idoqq strumenti varji li kkrea hu stess filwaqt li jispjega xi ftit mit-tekniċi li huwa juża fil-proċess tal-kreazzjoni.
Fit-tieni jum, il-konferenza tkun fl-aqwa tagħha permezz ta’ serje ta’ diskussjonijiet u rappreżentazzjonijiet bis-sehem ta’ Mario Abela, Introwerks, Robert Babicz, Melchior Sultana u The Ebbin & Flow.
Finalment, il-konferenza tiġi fi tmiemha b’kunċert mill-gruppi POW Ensemble u Poèmes Électroniques.
Bħal fis-snin ta’ qabel, ‘Circuits’ ħa tinkludi wkoll installazzjoni, ‘masterclasses’ fuq inġinirija tal-ħoss u ‘sound design’ u mużika kontinwa li ħa tindaqq minn diversi dj’s.
‘Circuits 2019’ hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv u qed tiġi mnedija bis-saħħa ta’ Black Box Pro, Red Bull u Late Interactive.
Il-konferenza ser tkun bla ħlas filwaqt li l-biljetti għall-kunċerti jixtraw:
Biljett ta’ ġurnata: EUR10 (EUR8 għall- membri ta’ EMM)
Biljett għaż-żewġ avvenimenti: EUR15 (EUR12 għall- membri ta’ EMM ),
(Circuits 2019 – Yuri Landman Performance-Lecture + Circuits 2019 – Poèmes Électroniques & Pow Ensemble)
Biex tixtri biljett wieħed għaż-żewġ avvenimenti (EUR15 ), jekk jogħġbok agħżel post minn fuq iż-żewġ avvenimenti u s-sistema tiddireġik għall-prezz imraħħas awtomatikament.
Ġħall-membri ta’ EMM, jekk jogħġobkom agħżlu post minn fuq iż-żewġ avvenimenti, u agħżlu ‘EMM Members’ mill-menu ta’ fuq. Kif isir dan, is-sistema tiddireġik għall-prezz speċjali u mraħħas awtomatikament.
Details
Venue
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Other
Related Events
L-Imbuljuta – A Panto in the Dark
14 Diċembru - 29 DiċembruL-Imbuljuta – A Panto in the Dark (Skejjel)
16 DiċembruWara L-Ħajt
24 Jannar 2020 - 26 Jannar 2020