ĊineXjenza: To the Bone

Loading Events

ĊineXjenza: To the Bone

19 October 2021 @ 7:00 pm - 9:00 pm

Data u ħin
It-Tlieta 19 ta’ Ottubru 2021, 7pm

Dan il-film jiffoka fuq Ellen, tfajla inkontrollabli t’għoxrin sena anoressika.

Hi qattat il-maġġoranza ta żogħżita fi programmi ta’ rkupru, iżda kull programm kienet tmur aktar lura milli l-quddiem. Il-familja tagħha ddeċidiet li tibgħatha ġo dar għaż-żagħżagħ immexxija minn tabib b’mentalita’ moderna. Dan iġiegħel lil Ellen tegħleb lill-ostikkli u l-kundizzjoni medikali tagħha waqt li taċċetta lilha nnifisha. Wara li jispiċċa l-film se jkun hemm diskussjoni dwar l-importanza li nfittxu l-għajnuna meta nkunu għaddejjin minn kundizjonijiet medikali bħal-anoreksja. Jekk ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 jippermettu, ikel u xorb se jkunu pprovduti b’xejn fi tmiem l-avveniment.

CineXjenza hija appoġġjata mill-proġett STEAM, immexxija mill-Malta Chamber of Scientist u S-Cubed b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.


Tim Kreattiv: Giulia Maria Tabone (Maniġer tal-Avvenimenti), Edward Duca (Konsulent), Martina Grech (Assistent), Ian Farrugia (Assistent) u Zippy Tseng (Assistent), BetaPsi

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Reġistrazzjoni tal-biljetti b’xejn
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 47min
Ċert
18+
Lingwa
Ingliż