ĊineXjenza – Stand and Deliver

Loading Events

ĊineXjenza – Stand and Deliver

13 Diċembru 2022 @ 7:00 pm - 8:40 pm

Data u ħin
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2022, 7pm

L-impatt tal-għalliema tajba u kariżmatiċi fil-formazzjoni tal-akkademiċi u x-xjenzati tal-futur huwa wieħed kbir ħafna.

Ingħaqad ma’ ĊineXjenza fit-13 ta’ Diċembru fis-7 ta’ filgħaxija fiċ-ċinema ta’ Spazju Kreattiv biex tieħu sehem f’konverżazzjoni dwar l-irwoli importanti li għandhom l-għalliema fil-formazzjoni ta’ akkademiċi żgħażagħ, u kif l-irwol tagħhom evolva matul is-snin. L-avveniment jikkonsisti f’wirja tal-film nominat għall-Oscar ‘Stand and Deliver’, li huwa bbażat fuq l-istorja vera ta’ Jaime Escalante, għalliem fl-iskola

sekondarja ta’ Los Angeles, li kien ta’ spirazzjoni għal grupp ta’ studenti tal-klassi tal-ħaddiema biex jagħmlu l-eżami tal-Calculus biex ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw l-università.

Wara l-film, se jkun hemm diskussjoni, ma’ kelliema mistednin mis-Soċjetà Maltija tal-Matematika. F’atmosfera informali, se jaqsmu l-esperjenza tagħhom tas-sistema edukattiva moderna u l-ħsibijiet tagħhom dwar kif din tista’ titjieb, u se jieħdu wkoll mistoqsijiet mill-udjenza.


Tim Kreattiv

Organizzatur: Julia Curmi
Koordinatur: Dr Edward Duca
Speakers: Malta Mathematical Society
Disinjatur: Estelle Olivier

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€3
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 43min
Ċert
15+
Lingwa
Ingliż