ĊineXjenza – Picture a Scientist

Loading Events

ĊineXjenza – Picture a Scientist

18 April 2023 @ 7:00 pm - 8:43 pm

Data u ħin
It-Tlieta 18 ta’ April 2022, 7pm

Ingħaqad ma’ ĊineXjenza fl-18 ta’ April fis-7 ta’ filgħaxija fiċ-ċinema ta’ Spazju Kreattiv biex titgħallem dwar kif in-nisa, ħafna drabi jkunu sottorappreżentati, trattati ħażin u ma jittieħdux bis-serjetà f’okkupazzjonijiet tax-xjenza.

L-avveniment se jinkludi wirja tad-dokumentarju Picture a Scientist, li jenfasizza d-diskriminazzjoni kontinwa kontra n-nisa fix-xjenza. Il-film jieħdok fuq vjaġġ permezz tal-esperjenzi ta’ xjenzati nisa li huma prominenti fid-dinja tax-xjenza.

Wara l-wiri tal-film, se jkun hemm diskussjoni ma’ xjenzati nisa prominenti f’Malta. Il-Prof. Josephine Ann Cutajar se taqsam għarfien mill-istudji tagħha fis-soċjoloġija tal-ġeneru. Se jkun hemm ukoll Dr Sarah Cuschieri, studjuża fis-saħħa pubblika u Sarah Galea, komunikatura tax-xjenza li qeda taqra Masters fl-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli. F’atmosfera informali huma se jaqsmu l-esperjenza tagħhom bħala xjenzati nisa ta’ suċċess u se jwieġbu mistoqsijiet mill-udjenza.


Tim Kreattiv

Organizzatur: Julia Curmi
Koordinatur: Dr Edward Duca
Speaker: Prof. Alexiei Dingli and Dr. Vanessa Camilleri.
Disinjatur: Estelle Olivier

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€3
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 43min
Ċert
15+
Lingwa
Ingliż