ĊineXjenza: Fish, Food & Filth

Loading Events

ĊineXjenza: Fish, Food & Filth

27 April 2021 @ 7:00 pm - 8:30 pm

Kont taf illi nofs l-ikel li jigi prodott huwa moħli? L-iżvilupp tal-industrija tal-ikel bdiet fis-seklu għoxrin.  L-industrija għandha rwol importanti fis-saħħa pubblika, sanita’ u sigurta’ tal-ikel, żvilupp soċjali, u nutrizzjoni. 

CineXjenza stiednet tlett esperti sabiex jiddiskutu l-esperjenza tagħhom fil-qasam tal-ikel, fejn fost temi oħra ser jinkludu sustenibilta’ ekonomika u ambjentali tal-prodott lokali, hekk imsejħa “slow food movements”, skart tal-ikel, l-konsumazzjoni u s-sostenibilta’ tal-frott tal-baħar.  Dal-avveniment ser jsir fis-27 ta’ April, fis-sebgħa ta’ filgħaxija.

F’dan l-avveniment virtwali, il-kelliema ser jagħtu preżentazzjonijiet qosra billi jużaw “clips” qosra minn diversi films u teleserje bħal FRIENDS sabiex iqajmu diskussjoni fuq is-suġġett.

Il-kelliema mistiedna jinkludu Dr. Karen Mugliett, li hija lekċerer fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta u s-siġġu tal-kummissjoni tas-sigurta’ tal-ikel.  It-tieni mistieden tagħna huwa Kurt Mifsud, li huwa l-Uffiċċjal tal-Kap Eżekuttiv fl-Akademja fil-Kulinari Mediterranja. It-tielet kelliema hija Dr. Margaret Camilleri Fenech, li hija lekċerer fl-Universita’ ta’ Malta, fl-Institut tal-biddla fil-klima u żvilupp sustenibbli li bħalissa qiegħda taħdem fuq il-PhD fejn qiegħda tistudja kif tiddistakkja l-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku.

 

ĊineXjenza hija ssapportjatha mill-proġett tal-STEAM u Spazju Kreattiv.  Hija mmexxija minn S-Cubed u Malta Chamber of Scientists. 

 

Tim kreattiv

Raisa Grech (maniġer tal-avveniment), Edward Duca (konsulent tal-komunikazzjoni xjentifika), S-Cubed (kontenut), Pavol Macejovsky (loġistika), Esther Ouma (midja soċjali)

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Reġistrazzjoni tal-biljetti b’xejn
Konċessjonijiet
Reġistrazzjoni tal-biljetti b’xejn
Tfal
Reġistrazzjoni tal-biljetti b’xejn
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Online

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a
: