ĊineXjenza: Coded Bias

Loading Events

ĊineXjenza: Coded Bias

18 Ottubru 2022 @ 7:00 pm - 8:30 pm

Data u ħin
It-Tlieta 18 ta’ Ottubru 2022, 7pm

 B’differenza mill-bnedmin, il-kompjuters ma kellhomx eluf ta’ snin ta’ evoluzzjoni li sawret il-mod kifjaħsbu. Dawn il-magni elaborati, huma minnhom infushom imparzjali u oġġettivi.

Fil-kuntest madankollu, naraw sitwazzjoni li hija differenti u xokkanti. L-intelliġenzi artifiċjali li jitgħallmu mis-soċjetà umana jadottaw ukoll difetti li jinstabu fir-raġunament tal-bniedem. Ħaġa simili ġrat meta r-riċerkatura mil-MIT Media Lab, Joy Buolamwini, ittestjat softwer ta’ rikonoxximent tal-wiċċ. Dik l-AI kienet ġiet imħarrġa b’uċuħ ta’ umani bojod, għalhekk meta Buolamwini, persuna ta’ kulur, ħarset fil-kamera, l-AI ma għarfithiex—sakemm poġġiet maskra bajdafuqha.Ingħaqad ma’ ĊineXjenza fit-18 ta’ Ottubru fis-seba ta’ filgħaxija biex tara l-film Coded Bias u naqad f’diskussjoni miftuħa mal-esperti Prof. Alexiei Dingli u Dr. Vanessa Camilleri.

ĊineXjenza hija appoġġjata minn Aġenzija Żgħażagħ, immexxija mill-Kamra tax-Xjentisti ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.


Tim Kreattiv

Organizzatur: Julia Curmi
Koordinatur: Dr Edward Duca
Speaker: Prof. Alexiei Dingli and Dr. Vanessa Camilleri.
Disinjatur: Estelle Olivier

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€3
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 26min
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż