Cinema Italia a Malta 2022

Loading Events
  • This event has passed.

Cinema Italia a Malta 2022

13 Mejju 2022 - 15 Mejju 2022

Wara s-suċċess f’dawn l-aħħar snin, l-appuntament ċinematografiku Cinema Italia a Malta reġa’ magħna! Il-festival se jippreżenta films li għadhom ma ġewx ippreżentati f’Malta; films fost l-aktar interessanti ta’ dawn l-aħħar sentejn u dimostrazzjoni tal-vitalità u l-uniċità taċ-ċinema Taljana.

Cinema Italia a Malta huwa inizjattiva tal-Kunsill Kulturali Taljan fil-Belt Valletta, u organizzat flimkien ma’ Spazju Kreattiv, f’kollaborazzjoni mal-Fakultà tal-Arti, M.A. fl-Istudji tal-Films tal-Università ta’ Malta, u taħt il-patrunaġġ tal-Ambaxxata Taljana.

 


America Latina

Data u ħin: Il-Ġimgħa, 13 ta’ Mejju, 2022, 8:30pm
Lingwa: Taljan b’sottotitli bl-Ingliż
Tul: 1hr 30min
Ċert: 15

America Latina huwa dirett minn Damiano u Fabio D’Innocenzo, u ambjentat f’Latina, provinċja f’Lazio, li hija magħrufa għall-marġi rriklamati, għas-sħana umda u għall-impjant tal-enerġija nukleari li m’għadux jintuża tagħha li jinstab viċin Borgo Sabotino. Il-film iwassal l-istorja ta’ Massimo Sisti (Elio Germano), dentist sinjur li għandu l-klinika tiegħu; raġel b’karattru affabbli, kwiet u professjonali ħafna. Massimo għandu dak kollox li dejjem ried: villa kbira li fiha jista’ jgħix fi trankwillità sħiħa, u familja mimlija mħabba, li tikkonsisti f’martu Alessandra u wliedu Laura u Elenia, li ta’ kuljum idawruh b’għożża. It-tliet nisa f’ħajtu huma kollox għalih; jirrappreżentaw il-ferħ sħiħ tiegħu, u l-premju li l-ħajja tagħtih għall-onestà, is-sagrifiċċji u x-xogħol tiegħu.

Imma jum fost l-oħrajn fir-rebbiegħa, bħalma jagħmel kuljum Massimo jinżel fil-kantina, u  t-trankwillità tiegħu ttir mar-riħ permezz ta’ xi ħaġa mhix mistennija u għal għarrieda. Massimo żgur qatt ma immaġina li se jkollu jgħaddi minn xi ħaġa daqstant assurda.


Futura

Date and time: Saturday,14th  May, 2022, 6pm
Language: Italian with English subtitles
Duration: 1hr 45min
Cert: 15

Futura, huwa film-dokumentarju dirett minn Pietro Marcello, Francesco Munzi u Alice Rohrwacher. Dan ix-xogħol kollettiv huwa dokumentazzjoni maħluqa mit-tliet diretturi waqt vjaġġ madwar l-Italja fejn ġabru l-istqarrijiet ta’ żgħażagħ ta’ bejn il-ħmistax u l-għoxrin sena, bil-għan li jwassal l-aspettattivi, il-ħolm, id-diffikultajiet u l-prospetti tagħhom għall-futur. Mill-perspettiva taż-żgħażagħ, il-film jirrappreżenta riflessjoni tal-Italja u ż-żminijiet li qegħdin ngħixu fihom.


Freaks Out

Data u ħin: Is-Sibt, 14 ta’ Mejju, 2022, 8:30pm
Lingwa: Taljan b’sottotitli bl-Ingliż
Tul: 2hr 21min
Ċert: 15

Freaks Out huwa film dirett minn Gabriele Mainetti, u jwassal l-istorja ta’ erbat iħbieb li tant huma magħquda li qishom aħwa. Il-film huwa ambjentat f’Ruma, fl-1943, eżatt f’nofs it-Tieni Gwerra Dinjija b’xeni ta’ bombi bejn in-Nażisti u l-Alleati.

L-erbat iħbieb jaħdmu f’ċirku, immexxi minn Israel (Giorgio Tirabassi), li aktar milli l-imgħallem tagħhom qisu missierhom. Waqt li Israel ikun qed jipprova jsib triq minn fejn jaħarbu kollha mill-kunflitt, jisparixxi misterjożament, u jħalli lill-erbat itfal waħedhom u mingħajr ebda perspettiva. F’daqqa waħda Matilde, Cencio, Fulvio u Mario jsibu ruħhom mingħajr dak li kellhom qabel, ċirku li kien sinonimu ta’ familja u sigurtà.


Maschile Singolare b’sessjoni ta’ Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-kittieb tal-iskript Giuseppe Paternò Raddusa.

Data u ħin: Il-Ħadd 15 ta’ Mejju, 2022, 5.30pm
Lingwa: Taljan b’sottotitli bl-Ingliż
Tul: 1hr 41min
Ċert: 15

Antonio ilu miżżewweġ ma’ Lorenzo, l-ewwel imħabba tiegħu tnax-il sena (“li f’termini tal-gays jiswew erbgħa u tmenin”). Imma Lorenzo għandu relazzjoni ma’ raġel ieħor u jiddeċiedi li jtemm ir-relazzjoni tiegħu ma’ Antonio, li jsib ruħu qiegħed u bla dar. Għalhekk jiddeċiedi li jaqsam il-kera ma’ Denis, raġel ekstravaganti u kreattiv li jisma’ lil Verdi, Rossini u Puccini bl-ogħla volum possibbli u li kważi kull lejl joħroġ ma’ raġel differenti. Antonio, min-naħa tiegħu, jipprova jinsa lil Lorenzo billi jżur siti ta’ dating, imma n-natura tiegħu mhix daqshekk superfiċjali. It-talent tiegħu fil-kċina jwasslu għall-ewwel xogħol f’forn immexxi minn Luca, u wara jattendi għal kors fl-haute patisserie.

Il-kwalità prinċipali ta’ dan il-film hija li nogħdsu f’univers li fih ma hemm ebda ħjiel ta’ ġudizzju, u li jiftaħ il-bieb fuq il-komunità omosesswali Taljana.


Qui rido io

Date and time: Sunday 15th May, 2022, 8.30pm
Language: Italian with English subtitles
Duration: 2hr 13min
Cert: 12A

Eduardo Scarpetta, kummidjant popolari u magħruf sew, jgħix għat-teatru u biex imantni lil uliedu. Bejn sfogliatella u xi skappatura, Scarpetta joħloq it-teatru Naplitan modern u familja estiża, nisġa splendida ta’ enerġiji u talenti li jikbru fuq il-palk u li jżidu l-esperjenzi adulteri. F’żgħożitu żżewweġ lil Rosa De Filippo, u rrikonoxxa lil binha illeġittimu, Domenico. Magħha kkonċepixxa lil Vincenzo u ’l Maria. Għandu relazzjoni adultera ma’ Anna, oħt Rosa tar-rispett, u minnha diġà għandu żewġt itfal. Imma hu l-aktar interessat f’Luisa, in-neputija ta’ Rosa, u minn din ir-relazzjoni twieldu Titina, Eduardo u Peppino. Showman li ma jafx b’limiti fil-kreattività, li kiteb “The Son of Iorio” biex jiżżufjetta b’D’Annunzio (“The Daughter of Iorio”), imma l-poeta ma japprezzax iċ-ċajta u jtellgħu l-qorti. Fil-qorti jkollu jitqanna bi mħallfin u kritiċi.

 


Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6 / Istituto Italiano di Cultura Members - Euro 6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
Taljan b'sottotitli bl-Ingliż
: