Loading Events
  • This event has passed.

Chinese Culture Talk: A Date with a Thousand Years – The Classic and Fashion of Chinese Clothing

23 June 2019
Creative Team
Ms CHU Yan
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
90 minuta
Cert
12+
Language
Ċiniż b'interpretazzjoni bl-Ingliż

Data u Ħin: Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju, 2019, 7pm
Post: Studjow B, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn prenotazzjoni meħtieġa.

“Chinese Culture Talk” twassal stampa twila u sabiħa tal-istorja tal-iżvilupp tal-ħwejjeġ Ċiniżi, b’enfasi fuq il-ħolqien ta’ disinni tal-moda kontemporanji. Uħud mid-disinji jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom mill-kostumi u l-figurini tad-Dinastija Tang (618-907) li ġew skoperti f’Xi’An matul ir-Rotta tal-Ħarir, tpenġijiet mal-ħajt fil-Grotti Mogao f’Dunhuang, u fl-Oqbra Qodma ta’ Astana f’Xinjiang, eċċ.; l-elementi tipiċi tal-ħwejjeġ tad-Dinastija Tang jittieħdu u jiġu magħżula biex tinħoloq l-aħħar serje ta’ ħwejjeġ, li mhux biss tipproduċi mill-ġdid l-iskambji kulturali u artistiċi matul ir-Rotta tal-Ħarir elf sena ilu, iżda tippreżenta wkoll is-setgħa innovattiva tad-disinn tal-moda fiċ-Ċina llum, b’hekk tirrakkonta stejjer Ċiniżi b’mod ċar u turi l-bellezza tal-ħwejjeġ Ċiniżi, filwaqt li toħloq konversazzjoni maċ-ċivilizzazzjonijiet dinjin permess tal-ħwejjeġ, mezz li huwa ferm qrib il-ħajja. Permezz tat-taħlit u tal-komunikazzjoni tal-kulturi permezz tal-kostumi, din il-lekċer għandha l-għan li tippromwovi skambji kulturali ma’ nazzjonijiet oħra, tħeġġeġ fehim reċiproku, u tkabbar il-ħbiberiji tradizzjonali.

Bil-ħwejjeġ bħala sfond importanti, “Chinese Culture Talk” 2019 hija vetrina għall-eluf ta’ snin ta’ kultura affaxxinanti Ċiniża fid-dinja, kif ukoll is-setgħa innovattiva integrata, miftuħa u inklussiva kif ukoll l-estetika kulturali tradizzjonali taċ-Ċina kontemporanja