Ċelebrazzjoni ta’ 25 sena ta’ Mużika – Is-Solisti tal-Amadeus Chamber Choir

Loading Events
  • This event has passed.

Ċelebrazzjoni ta’ 25 sena ta’ Mużika – Is-Solisti tal-Amadeus Chamber Choir

17 October 2015 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Mużika klassika – Solisti – Memorja

Data u ħin: Is-Sibt 17 ta’ Ottubru 2015, 7.30PM

Post: Robert Samut Hall, Floriana

2015 timmarka il-25 sena mill-fondazzjoni tal-Amadeus Chamber Choir fl-1990, mid-direttur u t-tenur Brian Cefai. Mal-mgħedda tażżmien, membri tal-kor li kellhom aspirazzjonijiet li jieħdu sehem bħala solisti, ġew imħarrġa  u żviluppaw it-talenti vokali tagħhom taħt it-tmexxija ta’ għalliema esperti fejn kellhom ukoll l-opportunità li jkantaw kemm bħala koristi kif wkoll bħala solisti f’avvenimenti organizzati mill-Amadeus Chamber Choir.

Bħala ċelebrazzjoni u ħajr għal dawn is-snin ta’ dedikazzjoni, u stress fuq il-kordi vokali, is-solosti tal-kor qegħdin jaħdmu flimkien sabiex itellgħu kunċert b’repertorju varjat, li jinkludi siltiet t’arji u dwetti minn opri, teatru mużikali u kanzunetti Naplitani. F’dan il-kunċert ser ikunu qegħdin jieħdu sehem mistednin ta’ nazzjonalità barranija, il-pjanista Dr Romina Morrow, kif ukoll id-direttur u tenur inniffsu, Brian Cefai, li kien ta’ spriazzjoni kbira u kontinwa għal dawk kollha li ser ikunu qegħdin jieħdu sehem f’dan il-kunċert.

With the participation of
Solisti tal-Amadeus Chamber Choir
Creative Team
Brian Cefai (direttur mużikali)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Lil hinn

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
90 min
Ċert
Kull età
Lingwa
n/a