L-Arti tal-Burlesk: Taħdita pubblika

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

L-Arti tal-Burlesk: Taħdita pubblika

5 November 2016 @ 11:00 am

Data u ħin: Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2016, 11.00AM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

L-idea tal-Burlesk hija mtertqa b’kunċetti żbaljati ta’ x’tinvolvi din l-arti, kunċetti li bosta drabi ma jiġux sfidati u li għalhekk, jibqgħu jiġu assoċjati mat-terminu ‘Burlesk.’ Matul din it-taħdita pubblika, numru ta’ artisti internazzjonali tal-Burlesk, li qed jieħdu sehem fl-ispettaklu MalTease artisti minn Londra, Pariġi, Amsterdam, Vienna, Helsinki, Stickholm u kif ukoll minn Malta – se jkunu qed jitkellmu dwar aspetti differenti relatati mal-arti tal-Burlesk: mill-kostumi sal-influss ta’ ideat kulturali u etniċi. L-għan aħħari ta’ din id-diskussjoni hi li tkompli titħeġġeġ il-kurżità tal-pubbliku filwaqt li tqajjem aktar interess u għarfien sabiex l-arti tal-Burlesk ikun jista’ jiġi apprezzat għal dak li veru hu, u mhux dak li forsi nkunu ħsibna jew smajna.

Għalhekk, l-udjenza għandha opportunità unika sabiex tidħol fi djalogu ma’ dawn l-artisti, li se jkunu predisposti biex iwieġbu għal kull kurżità, jisimgħu l-opinjonijiet u jaqsmu l-ideat tagħhom mal-pubbliku.

Dettalji

Data:
5 November 2016
Ħin:
11:00 am - 12:30 pm
Event Category:
Event Tags:
, , , ,

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 90 min
Cert Kull età
Language Ingliż
Creative Team Undine Laverve (Malta),Trixi Tassles (Londra), Bustie LaTish (Amsterdam), FrouFrou D'Absinthe (Pariġi), Fifi Gfrast (Vienna), Psychobella Camy (Helsinki), Lily DeLuxe (Stockholm)