British Museum: Hokusai

Loading Events
  • This event has passed.

British Museum: Hokusai

5 Awwissu 2017 - 10 Awwissu 2017

Data u Ħin:
Is-Sibt 5 Awwissu 2017 at 8:30PM
Il-Ħamis 10 Awwissu 2017 at 7:30PM

Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: €7; €6 għall-membri

Il-British Museum jipprezenta titwila esklussiva lejn l-eżebizzjoni ġejjiena tagħhom, Hokusai: Beyond the Great Wave, fil-forma ta’ dokumentarju innovattiv.

Din l-analażi affaxxinanti hija bbażata fuq il-ħajja, x-xogħol u ż-żmienijiet tal-artist Ġappuniż Katsushika Hokusai, li huwa magħruf sew għall-pittura ikonika tiegħu stampata bl-injam minqux, The Great Wave Off Kanagawa. Hokusai kien ta’ influwenza kbira fuq Impressjonisti bħal Monet u Van Gogh, u huwa ugwalment rinomat fil-qasam tal-kultura popolari – fejn huwa l-unika artist li għandu emoji għalih u fejn sikwiet jiġi mfaħħar bħala l-missier tal-manga. U dawn iż-żewġ mantelli jixirqu sew; Hokusai huwa mgħaruf għall-imħabba profonda li kellu għall-arti, għall-isforzi bla waqfien li wettaq fit-tfittxija tiegħu għall-direzzjonijiet artistiċi ġodda, kif wkoll għall-arti tal-awtopromozzjoni. F’dan id-dawl, il-vizjoni bla rażan ta’ Hokusai għad għadha ħafna x’tikkontribwixxi lejn id-djalogu fuq l-irwol tal-artist fil-kultura kontemporanja.

Bl-użu ta’ vidjow miġbud bit-teknoloġija innovativa 8K fil-Ġappun u r-Renju Unit, dan id-dokumentarju li jakkompanja il-wirja ġejjiena tal-British Museum jesplora l-pitturi, stampi u influwenzi ta’ wieħed mill-akbar artisti tal-Ġappun kontra l-isfond tal-belt attiva ta’ Edo, illum magħrufa bħala Tokyo.

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
90 min
Cert
tbc
Language
Ingliż