Loading Events
  • This event has passed.

Bolshoi Encore: Romeo and Juliet 2019/2020 Programme

29 March
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
185 minuta
Cert
N/A
Language
N/A

Data u Ħin: Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu, 2019, 4pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Bolshoi Encore: Romeo and Juliet  jiġi kkanċellat.
Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna. 

Romeo u Ġuljetta iħobbu lil xulxin profondament, minkejja l-fatt li l-familji tagħhom huma għedewwa kbar. Meta r-rivalità bejn il-Kapuletti u l-Montagues twassal għall-mewt ta’ Mercutio, Romeo jrid jivvendika l-qtil tal-ħabib tiegħu …

 Il-ballet

Id-destin traġiku tal-aktar maħbubin famużi fl-istorja tal-letteratura Ingliża kien il-punt tat-tluq għall-kolonna sonora straordinarja ta’ Prokofiev – mit-tema delikata ta’ Ġuljetta sal-mużika tal-waħx li nsibu f’ “Dance of the Knights”. Iż-żeffiena eċċellenti tal-Bolshoi Ekaterina Krysanova u Vladislav Lantratov jinterpretaw il-partijiet tal-maħbubin f’din il-produzzjoni immexxija minn Alexei Ratmansky.

Mużika ta’: Sergei Prokofiev
Koreografija ta’: Alexei Ratmansky
Libretto ta’: Sergei Prokofiev, Sergei Radlov and Adrian Piotrovsky (minn William Shakespeare)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Ekaterina Krysanova (Juliet), Vladislav Lantratov (Romeo), Igor Tsvirko (Mercutio), Dmitry Dorokhov (Benvolio), Vitaly Biktimirov (Tybalt), u l-Corps de Ballet

Prezz:
Adulti: €15
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €12
Konċessjonijiet (tfal taħt 12-il sena):  €5
Biljett għal Staġun Live: €50 (prezz ridott, minflok €72) – tkopri l-ewwel screenings kif ukoll dawk Live biss.