Blat: The Island Fortress

Blat: The Island Fortress
Data u ħin
It-Tlieta, 5 ta’ Lulju, 2022, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju, 2022, 8.30pm
Ninsabu f’Marzu tas-sena 1940, b’nofs l-Ewropa imdaħħla sew fil-gwerra bejn l-allejati u l-Axis imma s’issa Malta għadha meħlusa mill-kefrija tal-gwerra.
Madeleine, tfajla li ġejja minn klassi medja u li tgħix il-belt Valletta issir tħobb lil Marco, Taljan li huwa faxxist ferventi u dan joħloq problemi ma’ missier Madeliene peress li dan tal-aħħar huwa imperjalist akkanit. Sadattant Kelinu, ħaddiem tat-Tarzna ukoll jissaħħar wara Madeliene, imma Bessy, il-barmaid ħabiba tiegħu ġewwa Strada Stretta twissieħ, li hu ma kienx ġej mill-istess klassi soċjali tagħha. Iżda qabel dan it-trijanglu ta’ mħabba ma kellux biżżejjed żmien biex jiżviluppa, il-gwerra taħkem lill-gżejjer tagħna u kollox jinqaleb ta’ taħt fuq peress li kulħadd ikun sfurzat isib rifuġju ġewwa x-xelters imħaffrin taħt l-art. Imma kif ser tkun Malta ġdida meta l-poplu jibda jiffaċċja r-realta’ ġdida ta’ wara l-gwerra?