BioArt Alchemy: Works by Anna Dumitriu

Loading Events

BioArt Alchemy: Works by Anna Dumitriu

16 Settembru 2022 - 30 Ottubru 2022

Din l-esibizzjoni mill-BijoArtista Brittanika ta’ fama internazzjonali, Anna Dumitriu, tieħu ispirazzjoni matul iż-żmien mill-istorja tax-xjenza u l-mediċina sar-riċerka l-aktar avvanzata fil-bijoloġija u l-ġenomika sintetika. L-oġġetti strambi u li jħallu effett fuq dak li jkunu jieħdu l-forma ta’ relikwi tal-proċessi sublimi bbażati f’laboratorju ta’ Dumitriu maħluqa f’ambjenti ta’ riċerka bijomedika kontemporanja, u magħquda flimkien ma’ stejjer storiċi ta’ kontaġju u alkemija.

Anna Dumitriu hija artista Brittanika li rebħet ħafna premjijiet u taħdem bil-BioArt, l-iskultura, l-installazzjoni u l-midja diġitali biex tesplora r-relazzjoni tagħna mal-mard infettiv, mal-bijoloġija sintetika u mar-robotika. Esibizzjonijiet preċedenti jinkludu ZKM, Ars Electronica, BOZAR, The Picasso Museum, HeK Basel, u MOCA Taipei. Hi għandha rwoli ta’ artista residenti mal-Modernising Medical Microbiology Project fl-Università ta’ Oxford u n-National Collection of Type Cultures fil-UK Health Security Agency. Kollaborazzjonijiet attwali jinkludu l-Institute of Epigenetics and Stem Cells fil-HelmholtzZentrum fi Munich u l-Università ta’ Leeds.


BioArt Alchemy Exhibition Tours u Workshops

F’din l-esebizzjoni tal-BioArt Alchemy, il-bijo-artist rebbieħa u ta’ fama internazzjonali, Anna Dumitru, toħloq dinja sabiħa fejn riċerka avvanzata fil-bijoteknoloġija tiltaqa’ mal-arti viżiva, it-tessuti, u l-istorja. Ilbies mimli bid-DNA tal-pesta, ħmira modifikata CRISPR għall-istampar 3D, u libsa li t-toqob tagħha ġew imtaqqba bil-batterja E.Coli huma fost il-ħafna xogħlijiet ta’ arti inġenjużi li se tiltaqa’ magħhom.
Ibbukja fejn int tkun tista tesplora din id-dinja bi gwida u tipparteċipa f’esperiment tax-xjenza tal-arti relatat mal-wirja!
L-attività hija miftuħa għal parteċipanti ta’ kull età. 
Irreġistra billi tikklikkja fuq id-data u l-ħin preferuti tiegħek hawn taħt.

Tim Kreattiv
Artista: Anna Dumitriu
Artist Kollaboranti: Alex May 

Dan il-proġett huwa kummissjoni ta’ Spazju Kreattiv.
Dan il-proġett huwa appoġġjat minn Esplora Interactive Science Centre u Science in the City, Malta.
       

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju A, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a