Backlot

Loading Events

Backlot

26 Mejju 2023 - 25 Ġunju 2023

Backlot hija esibizzjoni ġdida minn Charlie Cauchi. Hi tuża vidjos, stampi fotografiċi, strutturi mibnija u aktar biex tispjega l-possibbiltajiet kumplessi tar-rappreżentazzjoni ċinematika fuq l-iskrin u anke n-nuqqas tagħha f’Malta.

L-industrija tal-films Maltija ilha żżur produzzjonijiet barranin għal għexieren ta’ snin, u l-gżira serviet ukoll bħala sostitut għal postijiet oħrajn. Mil-Lvant Nofsani sal-Greċja antika, il-malleabbiltà ta’ Malta fuq l-iskrin toriġina minn snin ta’ ħakma barranija. Matul is-sekli, il-gżira nbidlet hekk kif kienet qed tgħaddi minn ħakma għal oħra, u kull ħakkiem ġdid ħalla l-impronta li ma tistax titħassar tiegħu fuq il-wirt kulturali tagħna.

Permezz tax-xogħol tagħha, Charlie tpoġġi lilha nnifisha bħala surrogat għal-location scout, fejn se tlaqqa’ r-reali mar-“reel”. Hi tistaqsi: X’inhi r-relazzjoni tagħna stess bejn ir-realt li aħna ngħixu bħala nies Maltin u l-artefiċi li qed jiġi pproġettat fuqna u mbagħad fuq l-iskrins, kbar jew żgħar?

Dan ix-xogħol jieħu lura dawn l-ispazji u jbiddel il-ħarsa tagħna biex niġġieldu jew nagħrfu r-reali, dak li nħoloq mill-ġdid u dak li ġie soppress. Liema postijiet u spazji jerġgħu jidhru għal aktar minn darba taħt dehriet differenti, u liema kellhom ħin qasir ħafna fuq l-iskrin? X’inhuma l-biċċiet fin-nofs li jispiċċaw fl-art fil-kamra tal-muntaġġ?

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta,

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a