Loading Events
  • This event has passed.

Aya-de-Yopougon

18 March
Event Category:

Ticket Information

€6 – €7
Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
N/A
Cert
PG
Language
Franċiż bis-sottotitli bl-Ingliż

Data u Ħin: L-Erbgħa, 18 ta’ Marzu, 2020, 7.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club u membri tal-Alliance Française)

Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Aya-de-Yopougon jiġi kkanċellat.
Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna. 

F’Abidjan ‒ jew aħjar il-Belt Yop ‒ distrett sħun tal-klassi tal-ħaddiema ġewwa l-Kosta tal-Avorju, Aya, tfajla ta’ 19-il sena li taspira li ssir tabiba, toħlom li ttemm l-istudji tagħha minkejja l-oppożizzjoni ta’ missierha. Iżda Aya tgħix ġewwa belt fqira tal-Afrika tal-Punent, fejn li tiżżewweġ raġel sinjur u tibda familja hija l-aspirazzoni ta’ kull tfajla. Almenu dan huwa dak li jittamaw li jkollhom iż-żewġt iħbieb tal-qalb Bintou u Adjoua. Taħt ix-xemx tisreġ ta’ Yopougon, tliet tfajliet ilkoll b’destin differenti u tliet ħajjiet paralleli jingħaqdu flimkien, hekk kif il-ħajja tkompli għaddejja. L-ambizzjonijiet ta’ Aya qatt se jsiru realtà?

Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn l-Alliance Française de Malte Mediterranée u Spazju Kreattiv, bl-appoġġ tal-Ambaxxata Franċiża u l-Institut Français.