Loading Events
  • This event has passed.

Art+Feminism 2020

7 February 2020 - 14 May 2020

Ticket Information

Adult
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a

Art+Feminism hija edi-tona (edit-a-thon) biex jiġedded kontenut fuq Wikipedia dwar artisti femminili.  Din l-edizzjoni, li issa daħlet fit-tielet sena tagħha, ser ikollha diversi esibizzjonijiet kurati fi tlett lokalitajiet bi preżentazzjoni ta’ xogħlijiet ġodda minn artisti ġodda kif ukoll minn dawk emerġenti.  L-inizjattiva hija possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni kontinwa bejn Wikimedia Community Malta, il-Fondazzjoni M3P u Spazju Kreattiv.  Kollaboraturi oħra jinkludu Unfinished Art Space u l-Fondazzjoni Gabriel Caruana.

Flimkien mal-esebizzjonijiet, l-attivitajiet jinkludu wkoll numru ta’ workshops dwar l-editjar fuq Wikipedia u edi-toni (edit-a-thons).  Dawn l-attivitajiet ikomplu jindirizzaw aktar id-differenza fil-ġeneru fuq Wikipedia filwaqt li tiffoka fuq ix-xogħol ta’ artisti femminili u l-kontribuzzjoni tagħhom lix-xena tal-arti Maltija.

Kreditu tar-ritratt: Genesis concept sketch, Oksana Chepelyk

 

Art+Feminism fi Spazju Kreattiv
Wara ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ Art+Feminism f’Malta, Spazju Kreattiv stieden numru żgħir ta’ artisti nisa, liema xogħol tagħhom jifforma parti mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattiva, biex jippreżentaw xogħlijiet ġodda flimkien ma’ xogħlijiet oħra ta’ artisti internazzjonali li pparteċipaw għall-sejħa pubblika.  Il-firxa tal-artisti testendi fuq tlett ġenerazzjonijiet, minn talenti stabbiliti għall-oħrajn emerġenti.  Ix-xogħlijiet juru approċċ wiesa’ dwar it-tema tal-esibizzjoni, bl-użu ta’ midja u metodi ta’ preżentazzjoni differenti.  L-artisti huma Mirjana Batinić, Debbie Caruana Dingli, Oksana Chepelyk, Therese Debono, Emma Fsadni, Anna Grima, Gloria Oyarzabal u Enrique Tabone.

Kuratur: Toni Sant

Tour mal-Kuratriċi – Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fit-3pm u l-Ħadd 8 ta’ Marzu fl-10:30am

Dati: Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar 2020 –Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu 2020
Post: Spazju A u Spazju B, Spazju Kreattiv

 

Workshop ta’ Wikipedia u Edit-a-thon
L-għan għal dan il-workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia u l-edi-tona Art+Feminsm huwa li jinħolqu u jiġu editjati paġni ta’ Wikipedia dwar artisti nisa f’Malta speċjalment dawk involuti fl-esibizzjonijiet assoċċjati.

Il-Ġimgħa 7 ta’ Frar 2020, 5-7pm: Workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia
Is-Sibt 8 ta’ Frar 2020, 10am-4pm: Edit-a-thon Art+Feminism
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Dettalji u informazzjoni dwar kif wieħed jipparteċipa tista’ ssibhom hawn.

 

Strangers in a Strange Land
Strangers in a Strange Land hija esebizzjoni multi-dixxiplinari dwar l-istat tal-mara f’dinja narrata u mfassla mill-irġiel.  Artisti viżwali u multi-dixxiplinari jirreaġixxu għall-istatus quo tad-dinja orjentata mal-irġiel, u jesploraw kif nistgħu niddisinjaw, nirrakuntaw u naraw mill-ġdid dak li ntqal u dak li huwa stmat.  Kif tista’ tikkontribwixxi perspettiva aktar femminili, u xi tfisser perspettiva femminili f’termini ta’ prospetti fiżiċi, filosofiċi u tas-soċjeta’? U teżisti istampa bilaterali ta’ ‘femminili’ u ‘maskili’, jew jekk le, sa fejn huwa kunċett falz?

Artisti: Barumbara, Etienne Farrell u Charlene Galea, Roxman Gatt, Letta Shtohryn
Kuratur: Margerita Pule

Dati: 14 ta’ Frar 2020–8 ta’ Marzu 2020
Post: MUŻA, il-Belt Valletta u t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv

 

Meet the Artists at Art& Feminism 2020 II
Fit-tieni mis-sensiela ta’ taħdidit mal-artisti f’Art+Feminism 2020, id-direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant ser ikun qed jitkellem mal-artisti kollha li qed jesebixxu xogħolhom. Huma fost it-tmien artisti nisa li hemm esebiti bħalissa fi Spazji A + B ta’ Spazju Kreattiv. Nisimgħu aktar dwar ix-xogħol individwali tagħhom f’din il-wirja filwaqt li jiddiskutu l-idea li niċċelebraw l-arti u l-feminiżmu f’Malta, u internazzjonalment, bl-iskop li tkun indirizzata d-differenza li hemm bejn is-sessi fix-xena artistika kif ukoll fuq il-Wikipedia, li hija l-aktar websajt mhux kummerċjali popolari fid-dinja. Caruna Dingli, Grima, u Tabone qed jippreżentaw xogħol ġdid f’Art+Feminism 2020 wara li s-sena li għaddiet intwera xogħol tagħhom mill-kollezzjoni permanenti ta’ Fondazzjoni Kreattività.

Data u Ħin: Il-Ħamis, 5 ta’ Marzu 2020, 6.30pm
Post: L-Atriju ta’ Spazju Kreattiv

 

Curator’s Tour

Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2020, 3pm
Post: Spazju A, B u Lejn L-Atriju, Spazju Kreattiv

 

Wikipedia Workshop u Edit-a-thon
L-għan għal din is-sessjoni ta’ ħidma għall-editjar ta’ Wikipedia u Art+Feminism huwa li jinħolqu u jiġu editjati paġni Wikipedia dwar artisti nisa f’Malta, speċjalment dawk involuti f’esibizzjonijiet assoċjati.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2020, 5pm-7pm: Workshop għall-Wikipedia (fil-foyer taċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv)
Is-Sibt 7 ta’ Marzu 2020, 10am-4pm: Ari+Feminism Edit-a-thon (MUŻA)
Post: Spazju Kreattiv u MUŻA
Kollaboraturi: Unifinished Art Space

Dettalji kif wieħed jipparteċipa tista’ ssibhom hawn.

 

Curator’s Tour

Data u Ħin: Il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 2020, 10.30am
Post: Spazju A, B u Lejn L-Atriju, Spazju Kreattiv

Data u Ħin: Il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 2020, 11.30am
Post: MUŻA

 

Ċelebrazzjoni Ċentinarja ta’ Jean Zaleski
L-artista Maltija-Amerikana, Jean Busuttil Zaleski twieldet fl-11 ta’ April 1920. L-assoċazzjoni tagħha mal-Fondazzjoni Kreattiva tmur lura għall-bidu tal-millenju meta għenet biex jiġi stabbilit dak li llum huwa magħruf bħala l-Programm ta’ Residenza għall-Artisti ta’ Spazju Kreattiv. Iċ-Ċentru tal-Kreattività ospita wirja individwali min-naħa tagħha fl-2002 u x-xogħlijiet tagħha matul is-snin ġibda l-attenzjoni ta’ bosta dilettanti tal-arti f’Malta, fl-Istati Uniti u lil’hinn.  Biex tiċċelebra ċ-ċentinarju mit-twelid tagħha u l-għaxar anniversarju mit-tnedija tagħha, Art+Feminism 2020 tinkludi wirja speċjali ta’ xi wħud mix-xogħlijiet tagħha li jinsabu f’Malta f’kollezzjonijiet privati u fil-kollezzjoni tal-arti tal-Fondazzjoni Kreattivita’.

Kuratur: Toni Sant

Dati: 5 ta’ Marzu 2020–Il-Ħadd, 30 ta’ Awwissu 2020
Post: Atrium Approach u  Meditation Area, Spazju Kreattiv

 

Privat: The Natural Body as Fiction
Min aħna meta ħadd ma jkun qed iħares? Qed insiru aktar aljenati minn qatt qabel mis-sess tagħna stess? Is-sex appeal sar ibbażat biss fuq l-immaġini, verżjoni kurata għall- Instagram, fejn ġisimna jiġi kommodifikat f’partijiet tal-ġisem separati u fejn jiġi mħeġġeġ  it-tkabbir u tal-kapitaliżmu. Din hija wirja individwali ta’ Charlene Galea, b’appoġġ mill-Fondazzjoni Gabriel Caruana.

Kuratriċi: Raffaella Zammit

Dati: 8 ta’ Marzu 2020 – 25 ta’ Marzu 2020
Post: The Mill, Fondazzjoni Gabriel Caruana, Birkirkara