Art+Feminism at Spazju Kreattiv

Home / Art+Feminism at Spazju Kreattiv
Loading Events
  • This event has passed.

Art+Feminism at Spazju Kreattiv

7 February - 23 August

Wara ż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ Art+Feminism f’Malta, Spazju Kreattiv stieden numru żgħir ta’ artisti nisa, liema xogħol tagħhom jifforma parti mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattiva, biex jippreżentaw xogħlijiet ġodda flimkien ma’ xogħlijiet oħra ta’ artisti internazzjonali li pparteċipaw għall-sejħa pubblika.  Il-firxa tal-artisti testendi fuq tlett ġenerazzjonijiet, minn talenti stabbiliti għall-oħrajn emerġenti.

Ix-xogħlijiet juru approċċ wiesa’ dwar it-tema tal-esibizzjoni, bl-użu ta’ midja u metodi ta’ preżentazzjoni differenti.  L-artisti huma Mirjana Batinić, Debbie Caruana Dingli, Oksana Chepelyk, Therese Debono, Emma Fsadni, Anna Grima, Gloria Oyarzabal u Enriqué Tabone. Kuratur: Toni Sant.

Special Events

Iltaqa’ ma’ l-Artisti II: Il-Ħamis 5 ta’ Marzu fis-6:30pm fl-Atriju
Tour ma’ l-Kuratur: Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu fit-3pm u l-Ħadd 8 ta’ Marzu fl-10:30am

With the participation of
Mirjana Batinić, Debbie Caruana Dingli, Oksana Chepelyk, Therese Debono, Emma Fsadni, Anna Grima, Gloria Oyarzabal u Enrique Tabone.
Event Categories:

Ticket Information

Adult
€6
Seniors & Students
€5
Children
Free
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Space A contains images of an adult nature. Space B contains flashing images.

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

Meet the Artists

Mirjana Batinić

Ir-relazzjoni bejn l-omm u l-wild hija waħda li fl-istorja dejjem ġiet meqjusa bħala waħda sinifikanti u intima. Fix-xogħol  ‘Liquid Gold’, Mirjana Batinić tpinġi l-esperjenza tagħha personali ta’ din l-intimità, issa bħala omm ta’ dik il-persuna li ssejħilha ‘l-aħjar xogħol li qatt għamlet’, bintha Misha.

Debbie Caruana Dingli

Caruana Dingli qed toħloq kollezzjoni ta’ tpinġijiet dwar l-ommijiet. Fix-xogħol ’Garden Party’, l-omm tinsab f’mument diffiċli f’ħajjitha. “L-aħħar ħaġa li għandha aptit tagħmel hija li tattendi l-festin.  Iżda marret xorta bis-sħaba sewda ssegwiha, taħseb li kulħadd qed jieħu pjaċir, meta fil-verità ta’ madwarha għandhom il-problemi tagħhom ukoll”.

Oksana Chepelyk

Il-proġett ‘Genesis’ jittratta s-suġġett tal-valur tal-ħajja umana – ‘forom ġodda ta’ maternità’ li permezz tagħhom il-ġisem femminili fil-kundizzjoni ta’ maternità surrogata isir reċipjent għat-tkabbir ta’ materjal uman, u l-periklu tal-ħajja mingħajr l-iktar imħabba importanti – dik ta’ omm u bint – li mingħajrha id-dinja titlef kull sens ta’ eżiestenza. 

Therese Debono

Il-proġett fotografiku ta’ Debono ‘Brides on Beds’ jesplora l-aħħar mumenti qabel in-nisa jibdew stadju ġdid f’ħajjithom. ‘Kien madwar tliet snin ilu meta ġietni din l-idea, irrealizzajt li jien kont qed inkun l-aħħar persuna li nieħu ritratt ta’ din it-tfajla, mara, hija u toħroġ minn dar ommha u missierha qabel tiżżewweġ’.

Emma Fsadni

‘Rinse’ huwa ħasil estetiku u kunċettwali ta’ rwoli miġmugħin matul iż-żminijiet iffissati fil-ftehim individwali u kollettiv tal-kunċett tal-identià. Hawnhekk il-kelma ‘rinse’ u l-kunċett tal-ħasil interpretat bħala forma ta’ tindif.  Id-dehra mċajpra mgħotija lil din is-serje temula l-proċess ta’ ħasil, tindif. Ir-rappreżentazzjoni sfumata tisfuma wkoll kull indikazzjoni tal-ġeneru, li b’mod kunċettwali sservi wkoll biex tisfuma dak li huwa metaforikament maskili u femminili’.

Anna Grima

Ix-xogħol ta’ Grima  ‘Fifth and Sixth Chakra – Sound Vibration’ huwa xogħol li magħmul minn mezzi varjati u juri r-relazzjoni bejn il-konxju u subkonxju. Dan ix-xogħol individwalist jagħti leħen għall-problemi spazjali kontemporanji u t-taqbida gġall-bilanċ bejn il-moħħ u l-ġisem, bilanċ li imbgħad jista’ jiġi diriġut lejn kuxjenza soċjali akbar. 

Gloria Oyarzabal

Magħmul minn serje ta’ ritratti mill-arkivji tal-perjodu kolonjali Brittanniku, ritratti meħudin fil-ħanut tar-ritratti f’Lagos, ritratti fit-toroq u ġabra ta’ xi xogħlijiet mil-letteratura femminista Afrikana, dan ix-xogħol jirrifletti dwar l-impatt tal-kolonjaliżmu fuq ‘il-mara’. Juri partikolarment id-devjazzjoni mill-immaġini tal-mara f’kuntest post-kolonjali fi ħdan il-kontinent Afrikan, billi jikkunsidra wkoll kwistjonijiet ta’ klassi soċjali, razza, età, ġeneru u anka saħħa. 

 

Enriqué Tabone

‘Ġisimna’, flimkien max-xogħol kumplimentari  ‘Ġismi’, u ‘Fjur’ jiffunzjonaw bħala rikonfigurazzjoni tal-istorja, meta ‘her’ isir il-prefiss ta’ ‘history’. Il-proġett t’ Enriqué Tabone, ‘Pre-Herstory’,  jirrifletti r-reazzjoni tagħha għall-perspettiva patrijarka dwar dik l-imsejħa l-omm Maltija alla, bħala figura storika sinifikanti. 

Ritratti: Darryl Cauchi Videos: Cyberspace AV