Art Additives 2017/18

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Art Additives 2017/18

27 April 2018 - 21 June 2018

ART ADDITIVES hija serje ta’ taħditiet, workshops, laqgħat u avvenimenti satelittarji żviluppati abbażi tal-programm tal-arti viżiva kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv.

Art Additives se tkun qiegħda tikkontribwixxi għall-esperjenza tal-arti kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv billi toħloq id-diskussjoni u d-dibattitu, tagħmilha faċli għal iżjed udjenzi sabiex jersqu lejn dan l-ispazju, u billi tinkoraġġixxi djalogu bejn l-artisti u dawk interessati fl-arti.

L-attivitajiet kollha huma b’xejn u miftuħin għal varjetà ta’ udjenzi – minn artisti għal studenti b’livell ta’ edukazzjoni postsekondarja, tfal u familji, u dawk b’interess fix-xena artistika viżiva. Dawn l-avvenimenti se jkunu qed iseħħu ġewwa Spazju Kreattiv u ġewwa binjiet oħra ta’ kollaboraturi oħrajn f’naħat differenti madwar Malta u Għawdex. L-avvenimenti se jinkludu bosta kelliema, b’uħud minnhom kuraturi, prattikanti, artisti u saħansitra edukaturi.

L-attivitajiet li ġejjin ta’ Art Additives huma mniżżlin hawn isfel. Iktar attivitajiet jiġu miżjuda mas-sena.

AVVENIMENTI FIL-PASSAT

De-bait: A Straight Line Through the Carcass of History
Il-Ħamis 21 Ġunju 2018, 7:00pm
Pixkerija, Pinto Wharf, Valletta
Kollaborazzjoni bejn il-wirja t’arti viżiva Dal-Baħar Madwarha, ta’ Valletta 2018, ikkurata minn Maren Richter, u Valletta International Visual Arts Festival (VIVA) – bħala parti minn Art Additives – serje ta’ taħditiet, sessjonijiet ta’ ħidma, laqgħat u attivitajiet satellitarji żviluppati madwar il-programm ta’ arti viżiva ta’ Spazju Kreattiv.
L-ispazji huma iddeterminati mill-forom tagħhom – l-arkitettura jew l-infrastruttura, jew in-nuqqas ta’ dawn – kif ukoll mill-ideat, l-għanijiet u l-intenzjonijiet ta’ dawn il-forom. Liema huma l-isfidi tal-artisti u l-kuraturi li jaħdmu fi spazji pubbliċi jew binjiet abbandunati? L-arti kif tisfida l-idea ta’ għixien fi spazji jew inħabitazzjoni? Ta’ min hu d-dibattitu ġaladarba tinfetaħ il-kaxxa ta’ Pandora?
Din id-diskussjoni hija waħda esperimentali, miftuħa u performattiva u għalhekk tistieden lil kull min jixtieq jaqsam ma’ ħaddieħor l-ideat, is-suġġerimenti, l-osservazzjonijiet u l-memorji tal-passat, tal-preżent jew tal-futur  fil-Pixkerija, il-Belt Valletta.
Parteċipanti attivi mistiedna: Rupert Cefai (Ċer, Fondazzjoni Kreattività), Daniel Azzopardi (Maniġer tal-Programm, Spazju Kreattiv), Kristina Borg (artista), Tania El Khoury (artista), Aidan Celeste (artist).

Emerald Green (Found ă mentalism II) – Artist Talk
L-Erbgħa 6th Ġunju, 6:30pm
Spazju C2, Spazju Kreattiv
Carolin Koss se tiddiskuti EMERALD GREEN; il-filmat tagħha maqsum fi tliet komponenti u li jittratta dinja distopika fejn in-natura sfat estinta, l-arja li tippermetti n-nifs spiċċat skarsa, u x-xemx għebet sforz l-isfruttar tar-riżorsi naturali u l-iżball uman. Il-konċentrazzjoni hija fuq tliet individwi li jaħdmu sabiex jibqgħu ħajjin u jaħarbu lejn is-subkonxju tagħhom sabiex jerġgħu jibnu mill-ġdid id-dinja kkontaminata li jgħixu fiha. Barra minn hekk, hi se tkun qiegħda tippreżenta wħud mix-xogħlijiet tagħha; kemm dawk imgħoddija kif ukoll dawk ġodda, u li f’xi drabi joħolqu assoċjazzjoni bejn ir-realtajiet tal-ħolm u l-immaġni stilizzata u l-kuntesti ambjentali, soċjali u kontemplattivi.

Meet the Artist: Dislocated Geographies
Is-Sibt 24 Marzu 2018, 10am – 3pm

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Mario Abela se jkun qiegħed ġewwa Spazju Kreattiv sabiex jiddiskuti s-serje tiegħu bl-isem ta’ Dislocated Geographies. L-attività se tibda b’tour fl-10:00 immexxi mill-artist innifsu. L-artist se jkun qiegħed imexxi l-workshop ANOTHER REALITY għall-istudenti tal-MCAST fil-11:00; il-pubbliku huwa mistieden sabiex jassisti għall-workshop.

Call Closing Social Event: Azure Watch: Office for Public Memory
Is-Sibt 7 April, 5pm – 8pm

The Mill, Birkirkara (Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana)
It-tim ta’ Azure Watch se jkun qiegħed jospita laqgħa finali għall-wirja Azure Watch:Office for Public Memory. Dawk l-artisti li xogħolhom jinsab għall-wiri, kwalunkwe artisti li wieġbu għas-seħja tal-Kunċetti, dawk mill-kunsill ta’ San Lawrenz u minn Heritage Malta li huma interessati, u kull minn jixtieq jitgħallem iżjed dwar il-proġett, huwa mistieden għal din l-attività.

It-tim ta’ Azure Watch se jkun qiegħed jagħmilha faċli wkoll sabiex wara din l-esebizzjoni tinħoloq diskussjoni dwar l-ideat, dwar ix-xogħlijiet infishom, u sabiex iwieġbu għal xi suġġerimenti riċenti mill-Gvern sabiex it-Tieqa tad-Dwejra tkun tista’ tibqa’ mfakkra.

Workshops: Imagine Water, Catch the Drop
Is-Sibt 14 April, 10am & 12 

Studjow A, Spazju Kreattiv
Il-kampanja fuq il-livell nazzjonali ‘Catch the Drop’ (Kampanja nazzjonali ambjentali daqskemm edukattiva dwar il-konservazzjoni tal-ilma) tikkonsisti minn kollaborazzjoni bejn artist lokali wieħed, artist internazzjonali wieħed mill-Assoċjazzjoni École d’Art au Village, u 150 student minn 4 skejjel differenti f’Malta u Għawdex, li jvarjaw mis-sitt sena sat-tielet sena tas-sekondarja. Il-proġett jesplora arti kreattiva u esperimentali permezz ta’ workshops tat-tpinġija u żjajjar informattivi fuq il-post, li mistennija jrawmu kuxjenza dwar l-importanza tal-ilma għall-gżejjer Maltin. Bl-għan li tinħoloq armonija mal-kunċett tal-ilma, il-proġett artistiku se jkun qed jissawwar permezz tal-akkwarelli.

An Old-New Genre: Visual Music
L-Erbgħa 18 April, 6:30pm
School of Art, Valletta
Zsolt Gyenes, kuratur ta’ VAC – Visual Acoustics, se jkun qiegħed jagħti preżentazzjoni dwar it-tema tal-akustika viżiva. Il-preżentazzjoni se tkun segwita minn tour tal-esebizzjoni mmexxi mill-kuratur innifsu.

Developing the Art(ist): WIN, Matthew Schembri – Tnedija ta’ Ktieb
Il-Ġimgħa 20 April 2018, 6pm

Studjow B, Spazju Kreattiv
Matthew Schembri se jidħol f’konverżazzjoni ma’ Irene Biolchini, kuratriċi ta’ WiN. Din l-attività se tkun qiegħda tiddiskuti l-opportunitajiet li hawn b’risq l-iżvilupp professjonali tal-artisti f’Malta – b’konċentrazzjoni partikolari fuq il-proċess li wassal għal din il-wirja tal-artist innifsu.

Hija “Moderna” jew “kontemporanja”? “L-Arti Moderna” xi tfisser fiċ-Ċina? – Tour mal-kuratriċi u taħdita
Il-Ġimgħa 27 t’April 2018, 7pm

Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden għal tour gwidat mill-kuratriċi Dr Liang Shuhan tal-esebizzjoni “Tao of Nature”, imtellgħa minn Yang Zhiling, fi Spazju A, il-Kavallier ta’ San Ġakbu u ta’ The Shape of Volition, ta’ Zhang Tingqun ġewwa ċ-Ċentru tal-Kultura Ċiniża, il-Belt Valletta. L-attività tilħaq il-qofol tagħha b’taħdita bl-isem ta’ Hija “Moderna” jew “Kontemporanja”? L-“Arti Moderna” xi tfisser fiċ-Ċina? It-taħdita se tkun qiegħda  tanalizza kif ‘l-arti moderna’ ġiet interpretata u kontestwalizzata fiċ-Ċina mis-seklu 19 s’issa – taħdita mill-kuratriċi Dr Liang Shuhan immexxija minn Dr Toni Sant. Dawk kollha interessati għandhom jirriservaw post billi jċemplu fuq 21225055 jew jibagħtu ittra elettronika lil [email protected] sa mhux iktar tard minn nhar il-Ġimgħa 20 t’April 2018.

Fluid Space – Open Tour
Is-Sibt 28 April, 5pm

The Mill, Birkirkara (Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana)
Prenotazzjoni Meħtieġa – Biljetti
Tour u diskussjoni mal-membri tal-komunitajiet li jiġu indirizzati fix-xogħol ta’ Fluid Space. Membri tal-komunità se jkunu qegħdin iżuru l-esebizzjoni grazzi għall-kuratriċi Nikki Petroni, li mbagħad se tkun qiegħda tagħti spazju għal iżjed diskussjoni.

Fluid Space – Artist Talk
Is-Sibt 5 Mejju, 4pm

The Mill, Birkirkara (Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana)
Taħdita mal-artisti Nikki Petroni, Raffaella Zammit, Duska Malesevic, u Aidan Celeste – b’konċentrazzjoni fuq l-ispazju, il-post, u l-għaqda ta’ erba’ spazji flimkien ġo spazju wieħed permezz tal-applikazzjoni tax-xogħol artistiku mill-artist innifsu.

(Met)afourisms – Tnedija ta’ Ktieb u Diskussjoni
L-Ħamis 24 Mejju, 7:30pm
Ċinema, Spazju Kreattiv
Tnedija ta’ monografu tal-arti li jinkludi d-dokumentazzjoni kollha rilevanti, kitbiet tal-kollaboraturi, kif ukoll kontribuzzjonijiet bil-miktub minn akkademiċi lokali u internazzjonali b’rabta mal-esebizzjoni (met)afourisms. Matul it-tnedija se jkun hemm ukoll diskussjoni tal-bord b’uħud mill-artisti u l-kollaboraturi involuti fil-proġett. It-taħdita se titmexxa minn Giulia Privitelli., Il-proġett huwa possibbli bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Fond Malti għall-Arti, imsejjaħ il-Project Support Grantt.

Dettalji

Bidu:
27 April 2018
Tmiem:
21 June 2018
Event Categories:
,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Creative Team Spazju Kreattiv
With the participation of Art Additives