ART ADDITIVES hija serje ta’ taħditiet, workshops, laqgħat u avvenimenti satelittarji żviluppati abbażi tal-programm tal-arti viżiva kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv L-attivitajiet kollha huma b’xejn u miftuħin għal varjetà ta’ udjenzi – minn artisti għal studenti b’livell ta’ edukazzjoni postsekondarja, tfal u familji, u dawk b’interess fix-xena artistika viżiva. L-avvenimenti se jinkludu bosta kelliema, b’uħud minnhom kuraturi, prattikanti, artisti u saħansitra edukaturi.
Wiki Loves Art in Malta hija sensiela ta’ attivitajiet bejn Jannar u April 2019 li ddur madwar id-dokumentazzjoni tal-arti ġewwa Malta. Erba’ attivitajiet ta’ Art Additives li jappoġġjaw id-dokumentazzjoni u l-legat tax-xogħlijiet murija se jkunu qed iseħħu bejn Jannar u April. Dawn se jinkludu workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia fis-7 ta’ Frar immexxi minn Dr Toni Sant; sessjoni dwar il-legat li ħalla warajh Gabriel Caruana fit-8 ta’ Frar; sessjoni ta’ diskussjoni fuq li nippreservaw u naċċessaw il-kollezzjoni tal-arti ta’ Fondazzjoni Kreattività fit-13 ta’ Frar; u 2 workshops ta’ Art+Feminism li se jkunu qed jiġu organizzati fi tmiem il-ġimgħa ddedikata għall-Jum Internazzjoni tan-Nisa 2019 nhar it-8 u d-9 ta’ Marzu, immexxija minn skular ta’ Fulbright. Dan il-programm ta’ attivitajiet qiegħed jittella’ flimkien ma’ Wikimedia Community Malta, il-Fondazzjoni M3P, Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana, u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
Wikipedia Editing Workshop, Immexxija minn Dr Toni Sant
Data u Ħin: Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2019, 5.30pm Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Dan il-workshop se jinkludi sessjoni ta’ informazzjoni dwar kif Wikipedia u t-teknoloġija wiki qed jintużaw biex jiddokumentaw ix-xena tal-arti f’Malta. B’kollaborazzjoni mal-Wikimedia Community Malta u l-M3P Foundation, Dr Toni Sant se jispjega kif il-wikis qed jintużaw għall-katalogu ta’ xogħlijiet tal-arti u wirjiet, u kif il-Wikipedia tista’ taġixxi bħala enċiklopedija kollaborattiva ta’ bijografiji u tax-xogħlijiet tal-artisti li se tippreżerva l-legat tagħhom f’terminu twil. Jekk jogħġbok, ġib miegħek laptop jew tablet.
Gabriel Caruana Legacy edit-a-thon
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar 2019, 5:30pm Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Gabriel Caruana (1929-2018) kien pijunier tal-arti moderna f’Malta. Kien attiv matul it-tieni nofs tas-seklu 20 u baqa’ punt ta’ referenza sinifikanti fix-xena tal-arti kontemporanja matul ħajtu. Din l-editatona Wikipedia tkompli minn inizjattiva ta’ Wiki Loves Art li bdiet b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Gabriel Caruana fl-2017, bil-għan li taqsam għarfien dwar dan l-artist notevoli bl-aktar lingwi possibbli. Din id-darba, l-editatona tinkludi kollaboraturi, studenti passati, u oħrajn li b’xi mod kienu assoċjati ma’ Gabriel Caruana, b’hekk il-legat tiegħu jkompli jinħass fis-snin li ġejjin.
Wiki Loves Art 2019: Art from the Fondazzjoni Kreattività’s Collection – Artistic Director’s Tour
Dati u Ħinijiet: Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2019, 11am Post: Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Ingħaqad mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant għal mawra ggwidata b’xejn ta’ 30 minuta ta’ xogħlijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattività, li bħalissa jinsabu esibiti fi Spazji A u Ċ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta. Filwaqt li jaqsam informazzjoni u aneddoti interessanti dwar artisti speċifiċi u x-xogħlijiet tagħhom fil-kollezzjoni, Dr Sant se jitkellem ukoll dwar kif il-Fondazzjoni Kreattività tat attenzjoni mill-ġdid lill-kollezzjoni tagħha mill-2015 li se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ katalgu komprensiv, li se jiġi ppubblikat fl-2020.
Preserving and Accessing the Fondazzjoni Kreattivita Art Collection
Dati u Ħinijiet: L-Erbgħa, 13 ta’ Frar 2019, 7pm Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Fl-2015 il-Fondazzjoni Kreattività bdiet twettaq proġett ta’ riċerka biex tevalwa l-kollezzjoni tal-arti permanenti tagħha b’mod komprensiv, b’attenzjoni partikolari għall-preservazzjoni fit-tul u l-aċċess pubbliku għax-xogħlijiet tal-arti miksuba sa mill-2000. Din is-sena, il-proġett ta’ riċerka huwa inkorporat fi sforz kollaborattiv biex tinkiseb informazzjoni kuntestwali dwar kull biċċa xogħol, sabiex ikun jista’ jsir disponibbli għall-pubbliku katalgu tal-kollezzjoni fl-2020. Din l-attività hija laqgħa pubblika mal-artisti li xogħolhom, li jagħmel parti mill-Kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività, bħalissa jinsab esibit bħala parti minn eżerċizzju kontinwu biex jiġu dokumentati xogħlijiet mill-2013-2018 (Spazju A) jew jiġu inklużi f’esibizzjoni tax-xogħlijiet kollha minn artisti nisa fil-kollezzjoni (Spazju Ċ).
Art + Feminism Edit-a-thon
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2019 (3.30pm – 6.30pm); Is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2019 (10am-4pm) Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Bħala parti mill-proġett internazzjonali Art+Feminism, Spazju Kreattiv qed tospita editatona wiki biex tgħaqqad flimkien persuni interessati li jitgħallmu dwar kif wieħed jista’ jeditja l-Wikipedia biex joħloq artikli ġodda jew biex itejjeb kontenut eżistenti dwar artisti nisa f’Malta u x-xogħlijiet tagħhom. Din l-attività prattika qed titmexxa minn Dr Toni Sant, u tinkludi l-akkademika minn Fulbright Dr Tracy Prince, u tkun immexxijja mill-WikimediaCommunity Malta u l-Fondazzjoni M3P. Jekk jogħġbok ġib laptop jew tablet miegħek. To register for this event, please fill out this form.
Wiki Loves Art 2019: Art from the Fondazzjoni Kreattività Collection – Artistic Director’s Tour
Data u Ħin: Is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 11am Post: Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Ingħaqad mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant għal mawra ggwidata b’xejn ta’ 30 minuta ta’ xogħlijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattività, li bħalissa jinsabu esibiti fi Spazji A u C fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta. Filwaqt li jaqsam informazzjoni u aneddoti interessanti dwar artisti speċifiċi u x-xogħlijiet tagħhom fil-kollezzjoni, Dr Sant se jitkellem ukoll dwar kif il-Fondazzjoni Kreattività tat attenzjoni mill-ġdid lill-kollezzjoni tagħha mill-2015 li se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ katalgu komprensiv, li se jiġi ppubblikat fl-2020.
Viacom Project: L-Erbgħa, 27 ta’ Marzu 2019, 7pm
Julinu’s RadioActive Ravioli: L-Erbgħa, 8 ta’ Mejju 2019, 7pm
“Object, Objetc, Objecc, ”: L-Erbgħa, 29 ta’ Mejju 2019, 7pm
Iktar informazzjoni dalwaqt.
Avvenimenti Passati
Shifting Contexts
Data u Ħin: Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2019, 6.30 pm Post: Spazju A, Mkejjen A u B, Spazju Kreattiv Dħul b’xejn
10 artisti żgħażagħ qed jipparteċipaw f’ Shifting Contexts – Esebizzjoni ta’ arti kollettiva bi stedina lill-udjenza sabiex jesploraw kif it-tema magħżula ‘Rilokazzjoni’ ġiet ippreżentata f’diversi forom artistiċi. Waqt iċ-ċerimonja tal-għeluq, immexxija mill-kuratur Trevor Borg, l-artisti ser ikunu qed jitkellmu fuq ix-xogħol tagħhom u kif allaċċaw it-tema ġenerali mal-forma espressiva li użaw.
Wara din il-preżentazzjoni, ser issegwi ċerimonja għall-artist/i rebbieħa.
Shifting Contexts hija esebizzjoni ta’ arti kollettiva maħluqa u organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv b’appoġġ minn Valletta 2018 u ser tibqa’ miftuħa sal-20 ta’ Jannar 2019.
An Evening with Photographer David Pisani: Vanishing Valletta
Dati u Ħin: L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar 2019, 7pm Post: Spazju C, Spazju Kreattiv Dħul b’xejn
Sessjoni informali ta’ Q&A mal-fotografu David Pisani fi Spazju Kreattiv, fejn bħalissa qed jesibixxi xogħolu VANISHING VALLETTA; kollezzjoni ta’ 192 biċċa ta’ arti fotografika li jiddokumentaw ‘il-Belt Valletta bejn l-1982 u l-2011. Ser tkun opportunità fejn tista’ tiltaqa’ mal-artist ewlieni f’dan il-proġett, issir taf xi stejjer wara uħud mir-ritratti jew tiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-Belt jew il-Port il-Kbir.
Not Just The City – Artists’ Residencies Panel Discussion & Exhibition Tour
Data u Ħin: It-Tlieta, 15 ta’ Jannar, 2019, 7pm Post: Studjow B u Spazju B, Spazju Kreattiv Dħul b’xejn
Issa li l-programm tal-Artisti Residenti li sar b’kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Fondazzjoni Kreattivitá wasal fi tmiemu u miegħu jinsab f’salib it-toroq ukoll l-istaġun tar-residenzi, Spazju Kreattiv qed jistieden lill-pubbliku ġenerali għal laqgħa miftuħa fejn se jiġu diskussi l-programmi Nazzjonali tal-Artisti Residenti. Dan l-avveniment jistieden il-pubbliku biex jipparteċipa wkoll fit-tour tal-wirja attwali “Not Just The City – Documenting the Gozo Residencies” li qed iseħħ fl-Ispazju B, Spazju Kreattiv.
Id-Direttur Artistiku tal-Ispazju Kreattiv Dr Toni Sant, il-Manager tal-Valletta Design Cluster Caldon Mercieca u il-Koordinatriċi tal-AIR għall-Valletta 2018 Ann Laenen se jiddiskutu l-Artists’ Residency Project f’Malta, l-impatt ta’ dan il-proġett fuq tliet snin u l-wirt tal-programmi Nazzjonali tal-Artisti Residenti. Il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jiġbor informazzjoni u jieħu sehem fid-diskussjoni.
Ser jkun hemm ikel u xorb waqt id-diskussjoni.
KantaKantun Bieb Bieb
Data u Ħin: L-Erbgħa, 28 ta’ Novemberu 2018, 7pm Post:Spazju A, Spazju Kreattiv Prezz: Dħul b’xejn Kelliema: Alex Vella Gregory & Charlo Briguglio ( Ikkreaw il-Proġett ), Roderick Camilleri, Ritty Tacsum, Sarah-Marie Scicluna, Elisa von Brockdorff (artisti) Lisa Gwen Baldacchino (kuraturi)
Diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-proġett u l-proċess ta’ kif il-mużika u l-arkitettura ġew amalgamati mal-arti viżiva
Narrating Exile: History and memory in displacement
Data u Ħin: Il-Ħamis, 25 ta’ Ottobru 2018, 7pm Post: Studjow B, Spazju Kreattiv Prezz: Dħul b’xejn
Id-diskussjoni ser tkun qed tiffoka fuq kif jaħdmu l-ispostamenti fl-ambitu fejn hemm eżilju t’individwi. Permezz tal-argument mir-riċerka ta’ Marie-Caroline Saglio-Yatzimirsky ser jiġi muri kif l-istess qsim mill-fruntieri huwa relevanti biex tiġi strutturata memorja tal-eżilju. Id-diskussjoni ser titratta wkoll l-irwol importanti tal-Arkivju tal-Memorja tal-Migranti.
Alessandro Triulziser jispjega kif l-arkivju, li beda bħala sistema ta’ tagħlim informali minn narrazzjonijiet tal-istess migranti, eventwalment kiber f’esperiment, f’vidjow ta’ parteċipazzjoni u qsim ta’ memorji, bl-għan li tingħata importanza lill-vuċijiet tal-istess migranti u sabiex is-soċejta’ Taljana tiġi mogħnija tikkonfronta il-bidla mgħaġġla tal-identita’ minn mono-kultura għal multi- u inter-kultura mħallta.
Minn naħa tiegħu David Zammit, ser jiffoka r-releazzjoni ambivalenti tas-suġġett li joħorġu f’kuntest post-kolonjali bħal dak ta’ Malta, hekk kif espress dokumenti ta’ letteratura storiċi u ta’ letterarji u storiċi.
The event is part of the exhibition to be [defined], Main staircase and Space C. With David Zammit (University of Malta), Marie-Caroline Saglio-Yatzimirsky (Inalco, Paris), Alessandro Triulzi (AMM, Rome). Virginia Monteforte (curator); Kristina Borg (exhibition designer); Alexandra Galitzine-Loumpet (cultural advisor). The exhibition is part of Spazju Kreattiv programme and Valletta 2018 programme.
ART ADDITIVES hija serje ta’ taħditiet, workshops, laqgħat u avvenimenti satelittarji żviluppati abbażi tal-programm tal-arti viżiva kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv L-attivitajiet kollha huma b’xejn u miftuħin għal varjetà ta’ udjenzi – minn artisti għal studenti b’livell ta’ edukazzjoni postsekondarja, tfal u familji, u dawk b’interess fix-xena artistika viżiva. L-avvenimenti se jinkludu bosta kelliema, b’uħud minnhom kuraturi, prattikanti, artisti u saħansitra edukaturi.
Wiki Loves Art 2019
Wiki Loves Art in Malta hija sensiela ta’ attivitajiet bejn Jannar u April 2019 li ddur madwar id-dokumentazzjoni tal-arti ġewwa Malta. Erba’ attivitajiet ta’ Art Additives li jappoġġjaw id-dokumentazzjoni u l-legat tax-xogħlijiet murija se jkunu qed iseħħu bejn Jannar u April. Dawn se jinkludu workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia fis-7 ta’ Frar immexxi minn Dr Toni Sant; sessjoni dwar il-legat li ħalla warajh Gabriel Caruana fit-8 ta’ Frar; sessjoni ta’ diskussjoni fuq li nippreservaw u naċċessaw il-kollezzjoni tal-arti ta’ Fondazzjoni Kreattività fit-13 ta’ Frar; u 2 workshops ta’ Art+Feminism li se jkunu qed jiġu organizzati fi tmiem il-ġimgħa ddedikata għall-Jum Internazzjoni tan-Nisa 2019 nhar it-8 u d-9 ta’ Marzu, immexxija minn skular ta’ Fulbright. Dan il-programm ta’ attivitajiet qiegħed jittella’ flimkien ma’ Wikimedia Community Malta, il-Fondazzjoni M3P, Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana, u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
Wikipedia Editing Workshop, Immexxija minn Dr Toni Sant
Data u Ħin: Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2019, 5.30pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Dan il-workshop se jinkludi sessjoni ta’ informazzjoni dwar kif Wikipedia u t-teknoloġija wiki qed jintużaw biex jiddokumentaw ix-xena tal-arti f’Malta. B’kollaborazzjoni mal-Wikimedia Community Malta u l-M3P Foundation, Dr Toni Sant se jispjega kif il-wikis qed jintużaw għall-katalogu ta’ xogħlijiet tal-arti u wirjiet, u kif il-Wikipedia tista’ taġixxi bħala enċiklopedija kollaborattiva ta’ bijografiji u tax-xogħlijiet tal-artisti li se tippreżerva l-legat tagħhom f’terminu twil. Jekk jogħġbok, ġib miegħek laptop jew tablet.
Gabriel Caruana Legacy edit-a-thon
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar 2019, 5:30pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Gabriel Caruana (1929-2018) kien pijunier tal-arti moderna f’Malta. Kien attiv matul it-tieni nofs tas-seklu 20 u baqa’ punt ta’ referenza sinifikanti fix-xena tal-arti kontemporanja matul ħajtu. Din l-editatona Wikipedia tkompli minn inizjattiva ta’ Wiki Loves Art li bdiet b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Gabriel Caruana fl-2017, bil-għan li taqsam għarfien dwar dan l-artist notevoli bl-aktar lingwi possibbli. Din id-darba, l-editatona tinkludi kollaboraturi, studenti passati, u oħrajn li b’xi mod kienu assoċjati ma’ Gabriel Caruana, b’hekk il-legat tiegħu jkompli jinħass fis-snin li ġejjin.
Wiki Loves Art 2019: Art from the Fondazzjoni Kreattività’s Collection – Artistic Director’s Tour
Dati u Ħinijiet: Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2019, 11am
Post: Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Ingħaqad mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant għal mawra ggwidata b’xejn ta’ 30 minuta ta’ xogħlijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattività, li bħalissa jinsabu esibiti fi Spazji A u Ċ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta. Filwaqt li jaqsam informazzjoni u aneddoti interessanti dwar artisti speċifiċi u x-xogħlijiet tagħhom fil-kollezzjoni, Dr Sant se jitkellem ukoll dwar kif il-Fondazzjoni Kreattività tat attenzjoni mill-ġdid lill-kollezzjoni tagħha mill-2015 li se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ katalgu komprensiv, li se jiġi ppubblikat fl-2020.
Preserving and Accessing the Fondazzjoni Kreattivita Art Collection
Dati u Ħinijiet: L-Erbgħa, 13 ta’ Frar 2019, 7pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Fl-2015 il-Fondazzjoni Kreattività bdiet twettaq proġett ta’ riċerka biex tevalwa l-kollezzjoni tal-arti permanenti tagħha b’mod komprensiv, b’attenzjoni partikolari għall-preservazzjoni fit-tul u l-aċċess pubbliku għax-xogħlijiet tal-arti miksuba sa mill-2000. Din is-sena, il-proġett ta’ riċerka huwa inkorporat fi sforz kollaborattiv biex tinkiseb informazzjoni kuntestwali dwar kull biċċa xogħol, sabiex ikun jista’ jsir disponibbli għall-pubbliku katalgu tal-kollezzjoni fl-2020. Din l-attività hija laqgħa pubblika mal-artisti li xogħolhom, li jagħmel parti mill-Kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività, bħalissa jinsab esibit bħala parti minn eżerċizzju kontinwu biex jiġu dokumentati xogħlijiet mill-2013-2018 (Spazju A) jew jiġu inklużi f’esibizzjoni tax-xogħlijiet kollha minn artisti nisa fil-kollezzjoni (Spazju Ċ).
Art + Feminism Edit-a-thon
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2019 (3.30pm – 6.30pm); Is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2019 (10am-4pm)
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Bħala parti mill-proġett internazzjonali Art+Feminism, Spazju Kreattiv qed tospita editatona wiki biex tgħaqqad flimkien persuni interessati li jitgħallmu dwar kif wieħed jista’ jeditja l-Wikipedia biex joħloq artikli ġodda jew biex itejjeb kontenut eżistenti dwar artisti nisa f’Malta u x-xogħlijiet tagħhom. Din l-attività prattika qed titmexxa minn Dr Toni Sant, u tinkludi l-akkademika minn Fulbright Dr Tracy Prince, u tkun immexxijja mill-WikimediaCommunity Malta u l-Fondazzjoni M3P. Jekk jogħġbok ġib laptop jew tablet miegħek. To register for this event, please fill out this form.
Wiki Loves Art 2019: Art from the Fondazzjoni Kreattività Collection – Artistic Director’s Tour
Data u Ħin: Is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 11am
Post: Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Ingħaqad mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant għal mawra ggwidata b’xejn ta’ 30 minuta ta’ xogħlijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattività, li bħalissa jinsabu esibiti fi Spazji A u C fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta. Filwaqt li jaqsam informazzjoni u aneddoti interessanti dwar artisti speċifiċi u x-xogħlijiet tagħhom fil-kollezzjoni, Dr Sant se jitkellem ukoll dwar kif il-Fondazzjoni Kreattività tat attenzjoni mill-ġdid lill-kollezzjoni tagħha mill-2015 li se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ katalgu komprensiv, li se jiġi ppubblikat fl-2020.
Viacom Project: L-Erbgħa, 27 ta’ Marzu 2019, 7pm
Julinu’s RadioActive Ravioli: L-Erbgħa, 8 ta’ Mejju 2019, 7pm
“Object, Objetc, Objecc, ”: L-Erbgħa, 29 ta’ Mejju 2019, 7pm
Iktar informazzjoni dalwaqt.
Avvenimenti Passati
Shifting Contexts
Data u Ħin: Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2019, 6.30 pm
Post: Spazju A, Mkejjen A u B, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn
10 artisti żgħażagħ qed jipparteċipaw f’ Shifting Contexts – Esebizzjoni ta’ arti kollettiva bi stedina lill-udjenza sabiex jesploraw kif it-tema magħżula ‘Rilokazzjoni’ ġiet ippreżentata f’diversi forom artistiċi. Waqt iċ-ċerimonja tal-għeluq, immexxija mill-kuratur Trevor Borg, l-artisti ser ikunu qed jitkellmu fuq ix-xogħol tagħhom u kif allaċċaw it-tema ġenerali mal-forma espressiva li użaw.
Wara din il-preżentazzjoni, ser issegwi ċerimonja għall-artist/i rebbieħa.
Shifting Contexts hija esebizzjoni ta’ arti kollettiva maħluqa u organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv b’appoġġ minn Valletta 2018 u ser tibqa’ miftuħa sal-20 ta’ Jannar 2019.
An Evening with Photographer David Pisani: Vanishing Valletta
Dati u Ħin: L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar 2019, 7pm
Post: Spazju C, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn
Sessjoni informali ta’ Q&A mal-fotografu David Pisani fi Spazju Kreattiv, fejn bħalissa qed jesibixxi xogħolu VANISHING VALLETTA; kollezzjoni ta’ 192 biċċa ta’ arti fotografika li jiddokumentaw ‘il-Belt Valletta bejn l-1982 u l-2011. Ser tkun opportunità fejn tista’ tiltaqa’ mal-artist ewlieni f’dan il-proġett, issir taf xi stejjer wara uħud mir-ritratti jew tiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-Belt jew il-Port il-Kbir.
Not Just The City – Artists’ Residencies Panel Discussion & Exhibition Tour
Data u Ħin: It-Tlieta, 15 ta’ Jannar, 2019, 7pm
Post: Studjow B u Spazju B, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn
Issa li l-programm tal-Artisti Residenti li sar b’kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Fondazzjoni Kreattivitá wasal fi tmiemu u miegħu jinsab f’salib it-toroq ukoll l-istaġun tar-residenzi, Spazju Kreattiv qed jistieden lill-pubbliku ġenerali għal laqgħa miftuħa fejn se jiġu diskussi l-programmi Nazzjonali tal-Artisti Residenti. Dan l-avveniment jistieden il-pubbliku biex jipparteċipa wkoll fit-tour tal-wirja attwali “Not Just The City – Documenting the Gozo Residencies” li qed iseħħ fl-Ispazju B, Spazju Kreattiv.
Id-Direttur Artistiku tal-Ispazju Kreattiv Dr Toni Sant, il-Manager tal-Valletta Design Cluster Caldon Mercieca u il-Koordinatriċi tal-AIR għall-Valletta 2018 Ann Laenen se jiddiskutu l-Artists’ Residency Project f’Malta, l-impatt ta’ dan il-proġett fuq tliet snin u l-wirt tal-programmi Nazzjonali tal-Artisti Residenti. Il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jiġbor informazzjoni u jieħu sehem fid-diskussjoni.
Ser jkun hemm ikel u xorb waqt id-diskussjoni.
KantaKantun Bieb Bieb
Data u Ħin: L-Erbgħa, 28 ta’ Novemberu 2018, 7pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn
Kelliema: Alex Vella Gregory & Charlo Briguglio ( Ikkreaw il-Proġett ), Roderick Camilleri, Ritty Tacsum, Sarah-Marie Scicluna, Elisa von Brockdorff (artisti) Lisa Gwen Baldacchino (kuraturi)
Diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-proġett u l-proċess ta’ kif il-mużika u l-arkitettura ġew amalgamati mal-arti viżiva
Narrating Exile: History and memory in displacement
Data u Ħin: Il-Ħamis, 25 ta’ Ottobru 2018, 7pm
Post: Studjow B, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn
Id-diskussjoni ser tkun qed tiffoka fuq kif jaħdmu l-ispostamenti fl-ambitu fejn hemm eżilju t’individwi. Permezz tal-argument mir-riċerka ta’ Marie-Caroline Saglio-Yatzimirsky ser jiġi muri kif l-istess qsim mill-fruntieri huwa relevanti biex tiġi strutturata memorja tal-eżilju. Id-diskussjoni ser titratta wkoll l-irwol importanti tal-Arkivju tal-Memorja tal-Migranti.
Alessandro Triulziser jispjega kif l-arkivju, li beda bħala sistema ta’ tagħlim informali minn narrazzjonijiet tal-istess migranti, eventwalment kiber f’esperiment, f’vidjow ta’ parteċipazzjoni u qsim ta’ memorji, bl-għan li tingħata importanza lill-vuċijiet tal-istess migranti u sabiex is-soċejta’ Taljana tiġi mogħnija tikkonfronta il-bidla mgħaġġla tal-identita’ minn mono-kultura għal multi- u inter-kultura mħallta.
Minn naħa tiegħu David Zammit, ser jiffoka r-releazzjoni ambivalenti tas-suġġett li joħorġu f’kuntest post-kolonjali bħal dak ta’ Malta, hekk kif espress dokumenti ta’ letteratura storiċi u ta’ letterarji u storiċi.
The event is part of the exhibition to be [defined], Main staircase and Space C. With David Zammit (University of Malta), Marie-Caroline Saglio-Yatzimirsky (Inalco, Paris), Alessandro Triulzi (AMM, Rome). Virginia Monteforte (curator); Kristina Borg (exhibition designer); Alexandra Galitzine-Loumpet (cultural advisor). The exhibition is part of Spazju Kreattiv programme and Valletta 2018 programme.
Dettalji
Venue
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Organizzatur
Iktar
Related Events
VideoVortex XII Malta – Call for Contributions
14 Jannar - 15 MarzuWiki Loves Art 2019
25 Jannar - 7 AprilCall for Proposals: Art in Public Spaces 2019-2021
1 Frar - 12 April