Loading Events

Are You Proud?

27 September @ 8:30 pm - 10:05 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 27 September 2020 at 7:30 pm

Id-dokumentarju Are you Proud? Jiġbor filmati rari mill-arkivji u intervisti minn ambitu wiesgħa ta’ kampanji storiċi tal-moviment Lesbian, Gay, Bisexual, Transgender Queer (LGBTQ) biex jiċċelebraw protesti storiċi kontra l-omofobija u t-transfobija. Il-film juri Gay Pride, il- Gay Liberation Front kif ukoll l-iStonewall Riots, uħud mid-dimostrazzjonijiet ewlenin rikonoxxuti bħala movimenti monumentali.

Are You Proud? ma jħarisx lejn il-passat biss iżda jistaqsi mistoqsijiet iebsin dwar kif ir-razziżmu u l-ksenofobija jaffettwaw lill-Queer People of Colour (QPOC) fi ħdan l-LGBTQ Pride u l-kulturi tal-lum. 50 sena wara l-iStonewall Riots fl-Amerka, dan huwa l-mument opportun biex nevalwaw u nistaqsu kemm inbidlu l-atitudnijiet u kemm għad baqa’ drittijiet fundamentali x’jingħataw. Wara l-film, nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, l-udjenza ser ikollha l-opportunità li tiddiskuti dan il-film mad-direttur innifsu, Ashley Joiner.

Taħt id-direzzjoni ta’ Ashley Joiner bil-kontribuzzjoni ta’ Lisa Power, Phyll Opoku – Gyimah, Riyadh Khalaf, Michael Cashman, George Montague, Jason Jones, Alison Camps, Andrew Lumsden, Antonia Bright, Chris Smith, Chryssy Hunter, Dan Glass, Deacon Joy Everingham, Dimitry Spodobaev, Femi Otitoju, Fox Fisher, Gethin Roberts, Isaac Julien, Jacob V Joyce, Jennie Lazenby, Matthew Todd, Michael Salter-Church, Nettie Pollard, Paul Dillane, Peter Tatchell, PJ Samuels, Roch McLean, Sami Cee, Sarah McGuire, Sarah Savage, Simon Watney, Son of a Tutu, Stuart Feather, Sue Sanders, Ted Brown u Usmann Rana Mare.

Dati u Ħinijiet
Il-Ħamis, 17 ta’ Settembru, 2020, 7.30pm
it-Ħadd, 27 ta’ Settembru, 2020, 7.30pm

Event Category:

Ticket Information

Adult
€7
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
€6

Venue Information

Spazju Kreattiv Cinema

St James Cavalier
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
1h 35m
Cert
15
Language
Ingliż