An Evening With ĠENN – Music Series

Loading Events

An Evening With ĠENN – Music Series

9 Diċembru 2022 - 10 Diċembru 2022

Għal band li isimha ħaditu mill-kelma Maltija għall-ġenn, ĠENN jikbru fost il-koas. Il-kantanta tal-band, Leona Farrugia, tgħid b’daħka li “Il-ġenn jiġri warajna”, fejn hawnhekk hi kienet qed tirreferi għall-istorja kkulurita tal-kwartett, li s’issa inkludiet serq, tilwim legali, kollaborazzjonijiet fuq distanzi twal, u tliet membri tal-band li marru joqogħdu Brighton. Il-kitarrista, Janelle Borg, taqbel ma’ dan. “[ĠENN] seta’ kien grupp ta’ appoġġ, iżda ddeċidejna li minflok, nagħmlu l-mużika”.

Bejn il-ħruġ tal-EP b’sitt tracks tagħhom, Liminal, li ġie mfaħħar minn DIY Magazine, BBC6 u Radio X, biex insemmu ftit minnhom, u materjal ġdid, il-band Anglomaltija postpunk, ĠENN, ġiet lura Malta għal żewġt iljieli biss. Għall-ewwel darba ġewwa l-gżejjer, ĠENN se jippreżentaw materjal minn Liminal u materjal futur, fejn se jippreżentaw repertorju sod ta’ ħsejjes postpunk maħluqa minn elementi psikadeliċi.

 

Tim Kreattiv:

Janelle Borg – guitars/backing vocals
Sofia Rosa Cooper – drums/backing vocals
Leona Farrugia – main vocalist
Leanne Zammit – bass/backing vocals

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a