Loading Events
  • This event has passed.

Agħti Kbir Alla

28 February - 6 September
Creative Team
Creative Team / Tim Kreattiv:: Alessio Cuschieri, Isaac Warrington, Roderick Camilleri
Event Categories:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
N/A
Cert
12
Language
Ingliż u Malti

Dati: Il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar – il-Ħadd, 6 ta’ Settembru 2020
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn 

Il-proġett jiffoka fuq il-kreazzjoni ta’ kontenut oriġinali u artistiku permezz ta’ kollaborazzjoni bejn żewġ artisti Isaac Warrington u Alessio Cuschieri. Imsemmi b’mod suġġestiv ‘Agħti Kbir Alla’ għaliex jesplora l-identità Maltija permezz ta’ idjosinkrasiji kulturali tipiċi lokali u jiżvela aspetti spiritwali, psikoloġiċi u soċjali integrati fix-xena lokali Maltija.

Barra minn hekk, tittratta wkoll kwistjonijiet eżistenzjali u xi kultant assurdi relatati mal-paradigma kontemporanja, iddettati minn konsumeriżmu eċċessiv u kapitaliżmu espress fi żvilupp żejjed, sfruttament  u konsum tal-massa.

Il-Kontenut viżwali ser jinkludi viżjonijiet distopiċi, juri konnotazzjonijiet kważi-newrotiċi li jinfluwenzaw lis-soċjetà  u l-paradigma kontemporanja tagħna. It-tqabbil u l-ikkuntrastar tan-narrattivi kulturali jiżvelaw ukoll stramberiji tipiċi li jduru madwar l-istat kurrenti tal-kuntest Malti ikkaratterizzat mill-kostruzzjoni, prattiċi sagri u reliġjużi kif ukoll id-djalogu ambjentali. Fi ħdan dawn ir-rakkonti viżwali, wieħed isib diversi referenzi reliġjużi u spiritwali ipparagunati permezz t’installazzjonijiet innovattivi, immaġini esperimentali, u tpinġijiet.

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti
Kredits tar-ritratt: Isaac Warrington

 

Aghti online

Scala Dei

 

“Scala Dei … hija komposta minn materjali mormija li jippopulaw siti ta’ kostruzzjoni madwar Malta. Fl-aħħar mill-aħħar iservi wkoll ta’ referenza għall-kunċett ‘Scala Dei’ fi ħdan il-kuntest li l-umanità dejjem tfittex li tikseb iktar u tipprova tilħaq l-istat divin.”


IBNI


“Alla huwa mejjet, Alla jibqa’ mejjet, u konna aħna li qtilnih!”, saħaq Nietzsche. Meta l-idea ta’ Alla tieqaf teżisti fl-imħuħ ta’ uħud, taħseb li nkunu solvejna problema jew ħloqna waħda ġdida? Forsi iż-żewġ tweġibiet huma korretti…Dan ix-xogħol mhux l-iskop li jfittex li jiddefendi l-eżistenza ta’ Alla, lanqas ma jinsinwa li wieħed għandu jsib lil Alla sabiex ikun komplut. Anzi, jitfa’ dawl fuq il-kwistjoni li wieħed ma jissostitwixxix lil Alla b’mod adegwat. Kif qed tissostitwixxi lil Alla l-paradigma lokali?”

 

The Schizophrenics Series

 

“Din hija serje kontinwa ta’ tpinġijiet li jesploraw diversi kwistjonijiet kontemporanji li jikkonċernaw l-ispiritwal, l-ambjent mibni, u l-identià Maltija minn perspettiva eżistenzjali…Bħalissa qed ngħixu fi żmien skiżofreniku. L-art ta’ madwarna qed tinbidel b’rata mgħaġġla ħafna, u bla dubju, dawn il-bidliet joħolqu interruzzjoni fl-ideali tal-ħajja. Qalb din it-turbulanza, aħna stess nibdew ninbidlu.”

 

Migrating Cranes

 

“Wieħed jista’ jsejjaħ dan ix-xogħol bħala ‘performance’, Jien nippreferi nsejjaħlu ritwal. Krejns magħmulha mis-sulfarini mpoġġija waħda ħdejn l-oħra, mgħarrqa fl-Ethanol u mgħotija n-nar. Iċ-ċiklu ta’ distruzzjoni u twelid mill-ġdid huwa msemmi f’diversi mitoloġiji internazzjonali…L-isem ta’ din il-biċċa xogħol huwa metaforiku. L-għasafar magħrufa bħala ‘Cranes’ għandhom tendenza li jpassu, bħal ma jagħmlu ħafna għasafar oħra. Minflok ipassu minn spazju fiżiku għall-ieħor, dawn il-krejnijiet ipassu minn oġġett fiżiku għal wieħed traxxendentali.”

 

 

 

 

Kitba: Isaac Warrington and Alessio Cuschieri
Ritratti: Rachel Micallef Somerville and Luca Azzopardi