ABOUT ORDER

Loading Events

ABOUT ORDER

15 October 2020 - 6 December 2020

Il-wirja ABOUT ORDER (Dwar l-Ordni) mill-artisti Sandra Contreras, Anette Kuhn, Sabine Linse, Mariel Poppe, Héctor Velázquez Guitérrez u María Tello tadotta frammenti tal-istorja kulturali Maltija u d-dinamika tagħhom.

Sa mill-1991, il-membri tal-Grupp ta’ Artisti ta’ Berlin esibixxew ix-xogħol artistiku tagħhom flimkien f’diversi kostellazzjonijiet dejjem jinbidlu. Il-kollaborazzjonijiet tagħhom huma kkaratterizzati minn riflessjonijiet komuni ta’ suġġetti filosofiċi, materjali artistiċi u modi ta’ produzzjoni differenti. ABOUT ORDER tiżviluppa relazzjonijiet li qabel kienu magħrufa u punti ta’ kuntatt interkulturali bejniethom. Permezz ta’ dawn l-interazzjonijiet, inħoloq Palimpsest misterjuż, komparabbli ma’ ktieb prezzjuż b’kitbiet fuq kitbiet enigmatiċi. Il-viżitaturi tal-wirja se jieħdu gost bil-preżenza tas-sbuħija u l-kwalità tal-materjal tal-opri individwali tal-arti.

ARTISTI
Sandra Contreras, Anette Kuhn, Sabine Linse, Mariel Poppe, Héctor Velázquez Guitérrez u María Tello

KURATRIĊI
Verena Voigt

IFFINANZJAT MINN
Berlin Senate Department for Culture and Europe, German-Maltese Circle, Valletta u Frank-Basten-Stiftung, Leipzig.

Ticket Information

Adult
FREE
Concessions
FREE
Children
FREE
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Kreattiv

St James Cavalier, Castille Place
Valletta, VLT 1060 Malta
Space C

Additional Information

Duration
7 ġimgħat
Cert
n/a
Language
n/a

BEAUTY AND PURPOSE


SIGNS AND TALES


RELIGION AND RITUAL


MOBILITY, CONNECTIONS AND DIRECTIONS


GATES OF EUROPE


Art Additives

16 ta’ Ottubru 2020, 7pm

Għall-ewwel sessjoni ta’ Art Additives, parti mill-programm 2020/21 ta’ Spazju Kreattiv, id-diskussjoni ser timrah fuq id-dinamika tal-Berlin Artists Group liema xogħlijiet jikkostitwixxu ABOUT ORDER u ser tkun kondotta mill-istoriku, ġurnalista u kuratriċi ta’ ABOUT ORDER, Verena Voigt.

Iċċentrata mas-suġġett tal-ordni tal-istrutturi li hija propju t-tema prinċipali ta’ din l-esebizzjoni, id-diskussjoni ser tesplora wkoll l-idea tal-kitba żejda (overwriting).  ‘Il-kitba ż-żejda’ tiġi perċepita bħala l-ħolqien ta’ tip ta’ manuskritt użat għall-elf darba marbut man-narrativa personali li teżisti u tinsab f’kull artist.  Matul din id-diskussjoni, l-artisti li ser jiġu minn Berlin ser jesploraw il-frammenti tal-istorja tal-kultura Maltija skont iż-żmien u d-dinamika tagħha, u din ġiet adottata f’ordni biex tinħoloq l-esebizzjoni ABOUT ORDER.

Is-sessjoni ABOUT ORDER ser tiġi mxandra live fuq facebook.com/spazjukreattiv/