A Girl from Mogadishu

- This event has passed.
A Girl from Mogadishu
One event on 6 February 2021 at 8:30 pm
One event on 12 February 2021 at 9:00 pm
One event on 20 February 2021 at 8:30 pm
One event on 26 February 2021 at 6:30 pm
One event on 28 February 2021 at 7:30 pm
It-Tlieta, 2 ta’ Frar, 2021, 7.30pm
Is-Sibt, 6 ta’ Frar, 2021, 8.30pm
Il-Ġimgħa, 12 ta’ Frar, 2021, 9pm
Is-Sibt, 20 ta’ Frar, 2021, 8.30pm
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Frar, 2021, 6.30pm
Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 2021, 7.30pm
A Girl from Mogadishu huwa film bbażat fuq storja vera ta’ Ifrah Ahmed. Ġie ċirkonċiżita’ fl-eta’ ta’ tmien snin. Stuprata minn milizzjani fl-eta’ ta’ tnax-il sena. Reġat ġiet infibulata għal kollox fl-eta’ ta’ tlettax-il sena, u mbagħad ġiet miżżewwġa lil raġel ta’ ħamsin sena li regolarment isawwatha; Ifrah Ahmed taħrab għal post li darba kienet tirreferi għaliha bħala d-dar tagħha fejn tiskopri li saret kamp ta’ battalja issa magħrufa bħala ‘Black Hawk Down’.
Ifrah tagħmel il-vjaġġ straordinarju barra mis-Somalja u tasal mhux f’Minesota, l-Istati Uniti, kif kienet imwassla biex temmen, imma f’Dublin, l-Irlanda.
Fl-aħħar sabet xi sens ta’ sigurtà, il-biżgħat tagħha jibdew jonqsu u l-ġranet trawmatiċi tagħha, taħseb li huma warajha, sakemm test mediku ta’ rutina jqanqal tali dehra ta’ orrur fuq wiċċ it-tobba Irlandiżi tagħha, tħoss sens profond ta’ mistħija.
Jgħidu li r-rabja hija l-konta tal-mistħija. Billi taf xi jfissru dawn iż-żewġ sentimenti, Ifrah tirreaġixxi b’mod malajr billi titgħallem l-Ingliż u tikxef it-talenti tekniċi tagħha għall-użu tal-midja soċjali.
Fi ftit xhur bdiet tikkampanja għal kundizzjonijiet aħjar għal dawk li jfittxu l-ażil fl-Irlanda. Hija malajr saret attivista ewlenija kontra l-vjolenza sessista u issieltet permezz tal-ħidma tal-kampanja tagħha għall-abbandun tal-MGF madwar id-dinja. Bħala ċittadina Irlandiża, hija tippreżenta x-xhieda tagħha f’isem l-MEPs tal-Irlanda fl-okkażjoni tar-ratifika tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-MGF / C fil-Parlament Ewropew, b’din tgħaddi b’mod unanimu. Għalhekk tibda l-karriera professjonali tagħha; issa mfaħħra bħala attivista internazzjonali.
Informazzjoni fuq il-Biljetti