Loading Events
  • This event has passed.

20th Anniversary Project: Call for Participation

24 April - 24 May
Event Categories:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

Kollezzjoni ta’ Stejjer u Memorji!
Dawn iż-żminijiet partikolari li qed ngħixuhom għall-ewwel darba joffru l-aqwa opportunità sabiex nirriflettu ftit fuq il-memorji u xi espeperjenzi tagħna tal-passat, forsi permezz ta’ albums tar-ritratti antiki, xi kotba/djarji li konna nżommu fil-passat, u rikordji oħra li għandna.  Aħna min-naħa ta’ Spazju Kreattiv, konna qed induru daqxejn l-istorja tal-binja tagħna – il-Kavallier ta’ San Ġakbu. 

Era mimlija attività
Fiż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn iż-żoni qrib il-Port il-Kbir sofrew minn ħafna attakki mill-ajru, Il-Kavallier ta’ San Ġakbu kien jintuża bħala xelter mill-bombi għar-residenti tal-Belt Valletta.  Is-sular ta’ fuq kien jiffunzjona bħala ħanut tas-servizzi tan- NAAFI (Navy, Army and Air Force Institute).  Wara l-kisba tal-Indipendenza fl-1964, il-post beda jservi bħala l-istamperija tal-gvern.  Wara dan, il-binja ġiet restawrata fis-sena 2000 biex isservi bħala ċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kreattività – proġett parti mil-legat Malti fl-okkażjoni tal-għeluq tal-Millenju.

Għandek xi memorji ta’ meta l-Kavallier ta’ San Ġakbu kien jintuża bħala xelter, sit tan-NAAFI, jew bħala l-istamperija tal-gvern?
Tixtieq taqsam l-istejjer tiegħek magħna? Nixtiequ nisimgħu min għandek! Ikkuntattjawna, sabiex tgħidulna li lesti tipparteċipaw magħna f’dan il-proġett fuq: spazju@kreattivita.org