Aċċessibiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-siti uffiċjali tal-Ministeru u d-Dipartimenti, liema dikjarazzjoni ġiet aġġornata l-aħħar nhar il-21 ta’ Settembru 2019.

STATUS TA’ KONFORMITÀ

Il-Ministeru huwa kommess sabiex jagħmel is-servizzi online tiegħu aċċessibbli għal kulħadd. Aħna ninsabu ddedikati sabiex kontinwament intejbu l-aċċessibiltà tas-servizzi tagħna. Dan nagħmluh billi naddottaw l-aħjar prattiki kif ikkomunikati minn dawk li għandhom interess fil-qasam, bħal FITA u dawk li jagħmlu użu mill-istess servizzi.

PROĊESS TA’ KONFORMITÀ

Is-siti tagħna huma ddisinjati sabiex jaħdmu permezz tal-iżjed web browsers riċenti, fosthom Edge, Safari, Firefox u Chrome.

Bħala parti minn dan l-isforz, aħna naderixxu mal-istandard tal-aċċessibiltà EN310549 u l-linji gwida WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-formoli onlajn tagħna jiġu evalwati manwalment u b’mod programmatiku għall-fini ta’ konformità mal-linji gwida WCAG 2.1 livell AA. Is-siti tagħna huma ddisinjati sabiex joperaw tajjeb u jkunu aċċessibbli permezz ta’ tagħmir u prodotti ta’ software aġġornati b’mod xieraq. Minħabba li nirrikonoxxu li l-fatt li wieħed jaderixxi mal-istandards u l-linji gwida, fih innifsu, ma jiżgurax li prodott ikun aċċessibbli, nagħmlu wkoll evalwazzjonijiet ta’ użu f’kollaborazzjoni mal-utenti, bl-għan li jinġabar ir-rispons neċessarju. Naħdmu wkoll sabiex nimplimentaw l-aċċessibiltà għal mezzi ta’ informazzjoni li huma pprovduti tramite pjattaformi oħra kull meta hu possibbli, bħalma huma l-mezzi soċjali.

MIŻURI TA’ AĊĊESSIBILTÀ

Is-siti tagħna ma jistriħux fuq widgets li jimmodifikaw it-tipa, l-ingrandiment, u l-kulur. Dan minħabba li funzjonalitajiet bħal dawn huma integrati diġà f’ħafna mill-browsers jew disponibbli tramite add-ons u plugins oħra li utenti differenti jistgħu jaddattaw għall-ħtiġijiet tagħhom skont il-bżonn. B’riżultat ta’ dan, dawn l-addattamenti arbitrarji mill-utent huma disponibbli għal ħafna mis-siti, mhux biss dak tal-Ministeru tagħna. Sabiex nippermettu dan il-livell ta’ addattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibbiltà ma’ dawn il-modifiki tal-utent.

Bħala parti mil-linji gwida msemmija hawn fuq u saħansitra oltre, is-siti tagħna jimplimentaw il-karatteristiċi ta’ aċċessibiltà li ġejjin:

  1.  Iż-żamma ta’ konsistenza fil-ġerarkija ta’ HTML Heading u format ta’ informazzjoni fis-siti differenti.
  2. L-organizzazzjoni tal-kontenut tal-informazzjoni f’listi ta’ HTML kull fejn applikabbli.
  3. It-trasformazzjoni tal-pointer tal-mouse kull meta wieħed jgħaddi minn fuq xi ħolqa permezz tal-funzjonalità tal-browser.
  4.  It-titlu tar-ritratt, alt tag u l-kepxin għandhom ikunu miżjuda kull meta din l-informazzjoni tkun rilevanti u utli.
  5.  Il-kuntrast tal-kulur għat-test huwa mmassimizzat kull fejn applikabbli.
  6.  It-test tal-ħolqa huwa deskrittiv biżżejjed illi jinforma lill-utenti ’il fejn il-ħolqa qiegħda tipponta.
  7. Il-ħoloq kollha esterni jiġu implimentati sabiex dawn jiftħu f’tabs ġodda tal-browser.

KONTENUT INAĊĊESSIBBLI

Ma aħniex konxji ta’ kontenut speċifiku li huwa inaċċessibbli, jew ta’ kwistjonijiet ta’ aċċessibiltà fuq is-siti tagħna. F’każ li tidentifika kontenut ta’ din ix-xorta, ġentilment nitolbuk tibagħtilna fuq id-dettalji ta’ kuntatt t’hawn taħt. F’każ li dan iseħħ, l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni sabiex tkun identifikata l-kwistjoni ta’ aċċessibiltà u ż-żona milquta tkun konformi mill-ġdid.

​​​​RISPONS U DETTALJI TA’ KUNTATT

Sintendi, il-problemi ma jonqsux, u iżjed ma nqiegħdu servizzi u riżorsi onlajn, iżjed ikun hemm il-possibiltà li xi problemi ma jiġux innutati, iżda nibqgħu kommessi li nindirizzaw kwalunkwe kwistjonijiet ta’ aċċess mingħajr dewmien. U huwa hawnhekk li aħna neħtieġu l-għajnuna tiegħek. F’każ li tesperjenza xi diffikultajiet inti u taċċessa s-siti tagħna, jew issib xi diffikultà sabiex tuża xi aspett tas-sit, aħna nixtiquk tgħidilna.

Tista’ tikkuntattjana hawnhekk:

​​​​PROĊEDURA TA’ INFURZAR

L-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) hija l-entità responsabbli sabiex timplimenta d-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibiltà tas-siti u applikazzjonijiet tal-mowbajl ta’ entitajiet tas-settur pubbliku. F’każ illi d-diffikultà tiegħek relatata mal-aċċessibiltà ma tiġix indirizzata, jew tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA permezz tal-formola ta’ ilment li tinsab online.

ĦOLOQ IMPORTANTI