ĊineXjenza 2018/19

Cinexjenza - Hero

ĊineXjenza hija serje ta’ avvenimenti taċ-ċinema xjentifika li jinkoraġġixxu dibattitu dwar suġġetti li jinsabu fuq nett tal-aġenda xjentifika u soċjali. Wara li jixxandar il-film hemm l-opportunità sabiex wieħed jaqsam il-ħsibijiet tiegħu u janalizza t-temi espressi fil-film b’mod kritiku, inklużi temi dwar it-tibdil fil-klima u t-tema ta’ jekk l-attitudni umana tistax tinbidel jew le. Id-diskussjoni se tieħu x-xejra ta’ forum miftuħ u l-esperti tagħna fil-komunikazzjoni tax-xjenza se jkunu qegħdin jiffaċilitaw id-djalogu fost l-udjenza.

ĊineXjenza qiegħda tkun ippreżentata f’kollaborazzjoni mal-Malta Chamber of Scientists u Spazju Kreattiv. L-attivitajiet isiru kull xahar ġewwa ċ-ċinema ta’ Spazju Kreattiv u lkoll huma bla ħlas u mmirati għall-adulti. ĊineXjenza hija parti mill-programm tal-attivitajiet ta’ STEAM @ Spazju Kreattiv u tista’ ssibha fuq Facebook.

It-tim kreattiv: Jessica Edwards (Event Manager), Dr Edward Duca (Konsulent għall-Komunikazzjoni tax-Xjenza), Ed Thomas (Assistent), S-Cubed (Assistenti) u Sephora Schembri (Disinn tal-Powster).

 


Programme of Events

Her  2013  Dir. Spike Jonze
Data: It-Tlieta, 16 ta’ Ottobru 2018
Ħin: 7pm – 11pm

Her jagħmel użu minn idea familjari ħafna ma’ dawk dilettanti tal-fantaxjenza, imma jagħtiha laqta ġdida u eċitanti. ĊineXjenza jippermettilek tiddiskuti u taqsam il-ħsibijiet tiegħek stess dwar l-intelliġenza artifiċjali, il-futur tat-teknoloġija u t-tifsira tal-awtonomija, u l-filosofija ta’ xi jfisser li tkun uman. Il-lejla se tkun megħjuna bil-kontribuzzjoni tal-komunikaturi esperjenzati tagħna għax-xjenza, bis-sehem ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta.

Ambjentat f’ċirkostanzi ta’ futur qrib u ta’ dinja realistika, Her isegwi lil Theodore Twombly, kittieb tal-ittri professjonali,  matul l-aħħar stadji tad-divorzju tiegħu. F’dan l-istat tant vulnerabbli ta’ solitudni, huwa jixtri Sistema Operattiva li kapaċi timita l-kuxjenza umana  ta’ kwalità superjuri: Samantha. Maħkum mill-ħila ta’ Samantha sabiex titgħallem u tevolvi, iktar ma’ jmur Theodore isir iżjed devot sabiex iqatta’ l-ħin jiskopri s-sigrieti tagħha. Hekk kif tiżviluppa r-relazzjoni romantika bejn dan il-bniedem u l-magna, il-protagonist isib ruħu jissielet mal-preġudizzji soċjali għall-fatt li jispiċċa jħobb kompjuter. Jista’ jegħleb il-konflitt intern u jsib futur ta’ kuntentizza ma’ Samantha?

 

Inception  2010  Dir. Christopher Nolan
Data: It-Tlieta, 13 ta’ Novembru 2018
Ħin: 7pm – 11pm

Bi Blockchain u Quantum Mechanics itejbu l-kriptografija sal-punt li huma jsiru ‘sikuri bid-disinn’, prattikament jiggarantixxu s-sigurtà tad-data sensittiva tagħna, l-esperti jitħaddtu dwar dinja fejn ma għadx għandna għalfejn ninkwetaw dwar is-serq tal-informazzjoni. Imma x’jiġri jekk dan mhuwiex il-każ? X’jiġri jekk spiji mħarrġin b’mod professjonali jistgħu jisiltu informazzjoni, ħsibijiet u sigrieti mis-subkonxju tiegħek filwaqt li int tkun rieqed? Inception isegwi lill-manipulatur speċjalizzat Dominic Cobb hekk kif huwa u t-tim tiegħu jipprattikaw ix-xjenza artistika tal-‘estrazzjoni’. Huma jidħlu fis-subkonxju ta’ dak fil-mira tagħhom meta jkun fi stat ta’ alluċinazzjoni bit-tentattiv li jirkupraw informazzjoni moħbija mingħajr ma’ hu stess jintebaħ. It-talent ta’ Cobb għal dak li huwa msejjaħ bħala spjunaġġ korporattiv ġiegħlu jitqies ukoll bħala maħrub fuq il-livell internazzjonali. Madanakollu, huwa jduq xi ftit tas-salvazzjoni u t-tama meta s-Sur Saito joffrilu mpjieg ġdid.Minflok is-serqa perfetta tas-soltu, Cobb u t-tim tal-ispeċjalisti tiegħu għandhom jagħmlu l-kuntrarju: xogħolhom issa mhuwiex li jisirqu xi idea iżda li jiżirgħu waħda.

 

Chasing Ice  2012   Dir. Jeff Orlowski
Data: It-Tlieta, 11 ta’ Diċembru 2018
Ħin: 7pm – 11pm

“Il-kotba tiegħu jġegħluk tħares lejn in-natura b’tali mod u manjiera li ma intx imdorri għaliha. Huwa jġiegħlek taħseb. Huwa qiegħed iġegħelni naħseb. U dak huwa li jogħġobni l-iktar fix-xogħol ta’ James.” – Louie Psihoyos (fotografu u direttur rebbieħ ta’ Oscar). Dan id-dokumentarju jsegwi lil James Balog, fotografu tan-National Geographic, huwa u jimbarka fuq tentattiv mifrux fuq diversi snin sabiex jaqbad evidenza osservata fuq it-tibdil fil-klima u li mhix ta’ min jikkuntraljaha sa ma eventwalment jaqsamha mad-dinja. Ibqa’ mmeraviljat biċ-ċinematografija stupenda tal-pajsaġġ naturali tal-pjaneta tagħna hekk kif Balog u t-tim tiegħu jikkonfrontawna b’xeni li ma jitwemmnux tat-tkissir ta’ galassija li jdum mal-75 minuta, l-ikbar avveniment li qatt ġie ddokumentat permezz  tal-film.

 

Gravity  2013  Dir. Alfonso Cuarón   18
Data: It-Tlieta, 12 ta’ Frar 2019
Ħin: 7pm – 11pm

Matul Gravity il-protagonisti f’ħafna mid-drabi jidhru waħedhom, liema ċirkostanza twassal għal sensazzjoni qawwija ta’ iżolament. Dan iwassal għal mistoqsijiet individwali u deċiżjonijiet aħħarija dwar il-mortalità tagħhom stess u x’jista’ jkun ta’ ġid għal ħaddieħor a skapitu ta’ dak li jkun. Ingħaqad mal-komunikaturi esperjenzati għax-xjenza ta’ ĊineXjenza u ma’ esperti mill-Università ta’ Malta magħżulin apposta, filwaqt li nesploraw ix-xjenza u b’mod kritiku nanalizzaw Gravity (2013): it-thriller fantaxjentifiku ta’ Alfonso Cuarón.

Dott. Ryan Stone huwa inġinier mediku fuq l-ewwel missjoni spazjali tiegħu, akkumpanjat mill-astronawt t’esperjenza Matt Kowalski, li qiegħed imexxi l-aħħar operazzjoni tiegħu qabel ma jirtira. Il-missjoni tagħhom tisfa f’riskju hekk kif missila Russa tolqot satellita li tikkawża splużjoni ta’ terrapien spazjali li jwassal għal dannu irreparabbli fuq il-vettura. L-unika ċans li l-astronawti għandhom sabiex isalvaw qiegħed fil-bżonn li jilħqu stazzjon spazjali ieħor. Biss jinsabu neqsin tabilħaqq mill-ossiġnu u mill-fjuwil …

 

Limitless  2011  Dir. Neil Burger
Data: It-Tlieta, 12 ta’ Marżu 2019
Ħin: 7pm – 11pm

Li kieku jkollok tiġi offrut droga li tgħinek tikkonċentra b’mod sorprendenti u li tippermettilek tiftakar dak kollu li qatt smajt u rajt mingħajr l-ebda problema, kieku teħodha? Fil-film Limitless, l-awtur frustrat Eddie Morra jidher jissielet sabiex jagħmel progress kemm fil-ħajja professjonali kif ukoll fil-ħajja personali tiegħu. Ħabib antik tiegħu jintroduċih għal droga farmaċewtika esperimentali li tippermettilu juża mija fil-mija tal-moħħ. Il-ħajja ta’ Morra tinbidel mil-lejl għan-nhar permezz ta’ din il-qawwa mingħajr limiti. Hekk kif jispiċċa jidħol f’dinja ta’ investiment finanzjarju u negozjanti mingħajr skrupli, huwa jkollu jħabbat wiċċu ma’ kriminali, effetti drastiċi, u konsenja dejjem tonqos ta’ pilloli prezzjużi.

 

Theory of Everything  2014  Dir. James Marsh
Data: It-Tlieta, 16 ta’ April 2019
Ħin: 7pm – 11pm

Ix-Xjenza tgħidilna li għandna nkunu kapaċi nispjegaw u ngħaqqdu flimkien l-aspetti fiżiċi kollha tal-univers f’teorija waħda sħiħa: it-teorija ta’ kollox. ĊineXjenza qiegħda tistiednek sabiex tiġi u taqsam l-opinjoni tiegħek mal-oħrajn filwaqt li titgħallem dwar jekk il-fiżiċisti qatt humiex se jilħqu din “it-teorija aħħarija” tabilħaqq elużiva.

The Theory of Everything huwa film bijografiku romantiku li jidħol fil-fond tal-ħajja straordinarja ta’ wieħed mix-xjentisti l-iżjed rinomati taż-żminijiet moderni – Profs. Stephen Hawking. The Theory of Everything jitlaq mill-jiem ta’ Hawking ġewwa l-kulleġġ ta’ Cambridge fl-1960, fejn hemmhekk isir iħobb lil Jane Wilde, u jsegwi l-battalja tiegħu kontra l-Motor Neurone Disease, wara li jingħata sentejn biss mid-dianjosi sabiex jgħix. Kontra x-xewqa oriġinali tiegħu, dik li Jane titilqu, hija tibqa’ maġenbu sa ma eventwalment issir Jane Hawking filwaqt li huwa jtemm it-teżi tiegħu tal-PhD b’idea revoluzzjonarja dwar il-ħolqien tal-univers ewlenija f’dan l-istudju.